Тёмный

ĠBIR TAL-PROVI FIL-KAŻ TA’ TRAFFIKAR UMAN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,5 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Illum fil-Qorti bdiet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tad-disa’ persuni, fil-maġġoranza Maltin, li ġew arrestati aktar kmieni dan ix-xahar bl-akkużi ta’ traffikar uman għal skop ta’ prostituzzjoni, fost l-oħrajn.
Fuq il-pedana tax-xhieda xehdu żewġ tfajliet, li kienu jipprostitwixxu rwieħhom, fejn spjegaw fid-dettal dak li allegatament kienu mġiegħelin jagħmlu mill-imputati.
KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: ARKIVJI
It-Tlieta filgħodu bdiet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-arrest ta’ disa’ persuni mixlijin bi traffikar uman, ħasil ta’ flus u involviment f’organizzazzjoni kriminali.
L-akkużati, sebgħa Maltin u żewġ Rumeni, ġew arrestati f’operazzjoni konġunta minn diversi taqsimiet tal-Pulizija fl-aħħar jiem b’rabta ma’ ċirku ta’ prostituzzjoni, permezz ta’ nisa, li kienu jinġiebu minn barra.
L-ewwel xhud fis-seduta tat-Tlieta kienet tfajla mill-Venezwela, li spjegat kif kienet taf eżatt x’kienet se tagħmel f’Malta, wara informazzjoni minn kollega tagħha waqt li għamlet xi snin tgħix fil-Kolumbja.
Hi xehdet kif ġiet f’Malta ma’ ħabiba tagħha bejn Marzu u Mejju li għaddew biex jaħdmu fil-prostituzzjoni wara li kienu saru arranġamenti neċessarji biex jivvjaġġaw mill-Kolumbja.
It-tfajla xehdet ukoll kif l-għada li waslu f’pajjiżna ltaqgħu ma’ min imexxi fejn ġie spjegat lilhom kif huma kienu se jieħdu ħamsa u ħamsin fil-mija tal-qligħ li jagħmlu, bil-kumplament imorru għand min imexxi.
Intqal kif il-klijenti tan-nisa kienu jħallsu ħamsin ewro għal kull nofs siegħa sess, bix-xhud kienet tiġi mitkellma kif jeħtieġu klijenti tajbin ħalli jagħmlu l-flus u jkunu jistgħu jirritornaw lejn darhom.
Hi qalet kif kien ikollha mal-erba’ klijenti kuljum u b’kollox kienet iddaħħal sa elf u sitt seba’ mitt ewro, inklużi t-tips.
Spjegat kif ma kinux jaħdmu ħinijiet fissi, iżda kienet tibqa’ għaddejja sakemm tkun tiflaħ, filwaqt li kienet tiġi informata permezz ta’ WhastApp biex tiftaħ il-bieb lill-klijenti.
Kif jidħol il-klijent kien jiġi mistoqsi x’tip ta’ servizzi jrid u jibqa’, skont jekk hi taċċettax. Wara l-klijenti kienu jintalbu jħallsu biss bi flus kontanti, li jitħallew fuq mejda biex jeħodhom min kien qed imexxi ċ-ċirku kriminali.
Għalkemm il-mara qalet li kienet tħalli anke l-persentaġġ tagħha fuq il-mejda biex ikun ivverifikat li ħadet kemm suppost, dan jittieħed ukoll għajr għal somma ta’ seba’ mija u ħamsin ewro biex setgħet tixtri mowbajl.
Minbarra hekk, qalet li kienet tiġi mġiegħela tħallas ħamsa u għoxrin ewro kuljum jew seba’ mija u ħamsin ewro fix-xahar talli kienet qed toqgħod fl-appartament, waqt li kellha d-dejn ma’ min kien qed imexxi minħabba li kien ħallsilha l-passaġġ biex tiġi Malta.
B’kollox qalet li ħallset lura mat-tlett elf, tmin mija u ħamsin ewro.
Ix-xhud żiedet tispjega kif l-appartament, fejn kienet toqgħod, kellu tlett ikmamar għall-klijenti u erbgħa għat-tfajliet fejn kienu jorqdu u jżommu l-affarijiet personali tagħhom.
Hi kompliet li, sal-ewwel t’Awwissu, dan id-dejn ma’ min imexxi kien telagħlha għal ħamest elef ewro. Madankollu hi lanqas kienet irċeviet dak l-ammont mix-xogħol tagħha.
Ix-xhud qalet kif xtaqet li jkollha l-flus biex tkun tista’ tixtri proprjetà u biex tħallas operazzjoni lil bintha.
Matul is-seduta xehdet ukoll Kolumbjana ta’ għoxrin sena li tat dettalji simili ħafna.

Опубликовано:

 

15 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@mustaphaschon3931
@mustaphaschon3931 26 дней назад
North African language 😮
Далее
TIXHED KOLUMBJANA FIL-KAŻ TAT-TRAFFIKAR UMAN
2:29
Просмотров 1,7 тыс.
MINECRAFT CREPPER EXPLODES SHARK PUPPET!
00:15
Просмотров 6 млн
IDENTIFIKATI ŻEWĠ PERSUNI LI KIENU MAL-VITTMA.
1:42
Lovin Malta Meets Robert Abela
1:14:02
Просмотров 12 тыс.
Kellymni: Episodju 21 - Terry Muscat
51:20
Просмотров 11 тыс.
L-ISTORJA TAL-IMWIEŻEN TA’ DARI U LLUM
5:23
Просмотров 2,4 тыс.
Interview with former prisoner Louis Mallia
39:33
Просмотров 2,9 тыс.