Тёмный

ĠURI SCICLUNA - JGĦID LI AĠIXXA BIEX JIDDEFENDI RUĦU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Se mmorru issa għall-aħbarijiet mill-awli tal-Qorti fejn fost oħrajn kompla l-ġuri kontra Joseph Scicluna li qed ikun mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Farrugia lura fl-2018.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: ARKIVJI
Joseph Scicluna li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Farrugia u li bħalissa, b’rabta mal-istess każ jinsab għaddej ġuri, sostna li huwa spara lil Farrugia sabiex jiddefendi lilu nnifsu.
Il-każ seħħ lura fl-2018 u Scicluna qed ikun akkużat ukoll li kkawża ġrieħi gravi, li kien f’pussess ta’ arma waqt li sar ir-reat u li ma kellux permess tal-Pulizija għaliha.
Wara li sar l-aċċess fuq il-post fejn sar ir-reat anke l-Ħamis filgħodu, kien imiss li Scicluna jixhed fil-Qorti.
Huwa spjega kif dakinhar tkellem mal-vittma waqt li ltaqa’ miegħu hu u miexi lejn l-għalqa u avżah biex joqgħod attent fejn jispara għaliex kien qed jagħmel ħsara l-pajpijiet tal-ilma tiegħu. Wara li ddiskutew suġġetti oħrajn u l-imputat ġie biex jitlaq huwa mill-ġdid fakkru biex joqgħod attent fejn jispara u kien hemm li Farrgia beda jgħajjat u saħansitra beda jipponta s-senter tal-kaċċa tiegħu lejh.
Hemm Scicluna spjega li ta taqqa lil Farrugia b’marloġġ, bil-vittma jirritalja u jtih daqqa ta’ ponn f’għajnejn. Dak il-ħin Scicluna waqa’ mal-art maġenb is-senter ta’ Farrugia u anke hemm spjega li l-vittma kien qed jipprova jirbaħ l-arma tiegħu lura.
Madankollu Scicluna sparaha lejn il-vittma li telaq jiġri lejn missieru.
Min hemm l-imputat spjega li mar lura d-dar u qal lil martu b’dak li para sakemm ftit wara rċieva telefonata mill-għassa tar-Rabat sabiex jiġi interrogat.
Huwa spjega li waqt l-interrogazzjoni qal li ma kienx fuq is-sit li seħħ ir-reat fuq suġġeriment tal-avukat li kellu madankollu qabel temm ix-xhieda tiegħu sostna li meta tkellem ma’ Avukat ieħor, jiġifieri Arthur Azzopardi, dan qallu biex jgħid il-verità.
Fuq din id-dikjarazzjoni, il-Prosekuzzjoni talbet li sabiex l-Avukat li kellu Scicluna, jittella’ jixhed sabiex iwieġeb għad-dikjarazzjonijiet tal-imputat. L-Imħallef Conseulo Scerri Herrera ma laqgħetx din it-talba abbażi tas-sigriet professjonali.
MIĊĦUDA KAWŻA KOSTITUZZJONALI DWAR TAL-VITALS
L-Imħallef Mark Simiana ma sab ebda bażi għall-kawża Kostituzzjonali li fetħu Keith Schembri u Konrad Mizzi, fost oħrajn. Dan b’rabta mal-ordni ta’ ffriżar u sekwestru imposti fuqhom hekk kif allegaw ksur fid-drittjijiet tagħhom, fosthom dik tal-equality of arms.
Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Simiana spjega li ma ġiex ipprovat li l-akkużati sofrew jew se jsofru minn ksur tad-drittijiet tagħhom.
Filwaqt li l-Imħallef ċaħad l-argument tad-Difiża hu sostna li talba għall-varjazzjoni tal-ammonti tista’ ssir fi kwalunkwe stadju.
Minbarra Schembri u Mizzi f’din il-kawża kien hemm ukoll Karl Cini, Brian Tonna, David Meli, Mario Victor Gatt, Clarence John Conger Thompson u l-kumpaniji li jirrappreżentaw.
Sadanittant hu mifhum li l-imputati fil-kawża tal-Vitals mistennija jappellaw minn din id-deċiżjoni.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
“IL-ĦABS ĦADLI L-IDENTITÀ TIEGĦI”
3:02
Просмотров 21 тыс.
MIRABELLE FALZON - ISPIRAZZJONI GĦAL ĦAFNA
3:15
Просмотров 6 тыс.
لدي بط عالق في أذني😰🐤👂
00:17
20 FUNNIEST AND MOST EMBARRASSING  MOMENTS IN SPORTS
7:44
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DUN ANĠ
3:44
Просмотров 1,6 тыс.
Xarabank - Arkivji - James Bondin u Mintoff
2:38
Просмотров 17 тыс.