Тёмный

ĦAMRUN SPARTANS DIKJARATI CHAMPIONS TAL-FUTBOL MALTI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4,8 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Ħamrun Spartans ġew iddikjarati champions tal-Kampjonat Premier, għat-tmien darba fl-istorja tagħhom.
Dan tħabbar hekk kif matul il-jum tal-Ġimgħa, iltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u ddeċieda li l-kampjonat jieqaf iżda t-tim Ħamruniż jiġi dikjarat rebbieħ tal-futbol Malti wara li ntlagħbu tliet kwarti tal-logħob tal-kampjonat.
Crew ta’ ONE News mar ġewwa l-Ħamrun, fejn diversi Ħamruniżi niżlu bil-karozzi tagħhom, biex jiċċelebraw dan ir-rebħ tal-kampjonat.
Hemmhekk spikkat preżenza qawwija tal-pulizija u uffiċjali tal-Awtoritajiet tas-Saħħa fejn bosta nies baqgħu fil-karozzi jpapqu tul Strada Rjali.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: CHRIST BORG
Ħamrun Spartans ġew iddikjarati champions tal-Kampjonat Premier, wara tletin sena.
It-tmien kampjonat ta’ Ħamrun Spartans ġie deċiż waqt il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA. Il-klabb Ħamruniż rebaħ dan il-kampjonat wara li ntlagħbu ħamsa u sebgħin fil-mija tal-logħob tal-istaġun.
Tul l-istaġun, it-tim Ħamruniż baqa’ konsistenti, fejn fl-aħħar logħba li lagħab, għeleb lil Hibernians li ġew fit-tieni post.
Fil-Ħamrun sibna atmosfera ta’ festa minkejja li ċ-ċelebrazzjonijiet ma setgħux isiru bħas-soltu minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. Dan hekk kif diversi persuni niżlu fi Strada Rjali, fejn il-ħornijiet tal-karozzi ddominaw din it-triq prinċipali bit-tpaqpiq.
Hemmhekk sibna preżenza qawwija tal-pulizija u uffiċjali oħra tal-Awtoritajiet tas-Saħħa jaraw li kulħadd josserva r-regoli marbuta mal-imxija.
Dan anki wara li l-Ġimgħa filgħodu, il-klabb appella għall-kawtela, ftit qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni mistenija li l-Ħamrun se jsiru champions.
Fil-Ħamrun iltqajna mal-eks plejer tal-Ispartans, Joe Brincat li kien parti mill-aħħar tim li rebaħ il-kampjonat qabel dak tal-lum.
JOE BRINCAT
EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS
“Ta’ pjaċir ħafna wara dawn is-snin kollha. Id-dispjaċir huwa bis-sitwazzjoni li hija, wara 30 sena ma tistax tiċċelebra kif suppost, imma l-Ħamrun kien jixraqilna li nieħdu l-kampjonat. Naħseb kienu l-istaġun kollu tajjeb.”
Quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu kien hemm diversi persuni, li żammew id-distanza minn xulxin, fejn fost dawn kien hemm l-eks plejers tal-Ispartans Gejtu Refalo u Alex Azzopardi.
GEJTU REFALO
EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS
“Ifisser ħafna għax wara dawn is-snin kollha, tletin sena hu, iġġeddielhek il-memorji ta’ meta konna nilgħabu.”
ALEX AZZOPARDI
EKS PLEJER TA’ ĦAMRUN SPARTANS
“Ir-rebħ tal-Kampjonat huwa pjaċir għax wara tletin sena, pero fl-istess ħin dispjaċir għax kont nippreferi komplejnih.”
Bħal dawn l-eks stilel tal-Ispartans, nies oħrajn esprimew il-ferħ.
“Ovvjament iż-żgħażagħ tal-lum, xi ħaġa kbira għalihom, xi ħaġa sabiħa. Inżertat illi ma nistgħux niċċelebraw, anzi qegħdin niċċelebraw hawnhekk mill-aħjar nistgħu.”
“Jien niftakar ta’ qabel għax jien naqa anzjan, pero llum dawn iż-żgħażagħ li telgħu llum qatt ma rawhom dawn l-affarijiet u jixtiequhom u ma jistgħux jiċċelebraw kif jixtiequ għax kieku bħal-lum il-Ħamrun taf x’inhu, miżgħud bin-nies, mhux mill-Ħamrun biss imma minn kullimkien.”

Опубликовано:

 

8 апр 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Hamrun Spartans Champion 1987/88 Part 2
7:01
Просмотров 18 тыс.
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,6 тыс.
Копия iPhone с WildBerries
01:00
Просмотров 4,9 млн
🤔
00:28
Просмотров 1,1 млн
Hamrun Spartans F.C - Joseph Portelli - Inti Djamant
1:56
🖤 WINNING TOGETHER ❤️ | OUR VISION 2022/2023
1:33
Hamrun Spartans Champions 1990/91 (part 2)
5:39
Просмотров 13 тыс.
Копия iPhone с WildBerries
01:00
Просмотров 4,9 млн