Тёмный

“IL-PARLAMENT JAFFETTWA N-NIES FIL-ĦAJJA TA’ KULJUM” 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • U f’għeluq il-mitt sena mill-ftuħ tal-Parlament, ONE News tkellem mal-ewwel u l-unika Speaker mara li kellna f’dan l-ewwel ċentinarju tal-Parlament Malti.
In-Nutar Myriam Spiteri Debono qaltilna kif il-Parlament jaffettwa n-nies fil-ħajja ta’ kuljum.
Tkellimna wkoll dwar l-esperjenzi li tiftakar meta kienet tippresedi s-seduti parlamentari.
Naraw aktar f’dan is-servizz.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: SHAUN CUCCIARDI / ARKIVJI
Il-Parlament jaffettwa n-nies fil-ħajja tagħhom, ta’ kuljum.
Dan intqal ma’ ONE News minn Myriam Spiteri Debono, li hija l-ewwel Speaker mara u l-unika mara li serviet f’din il-kariga fl-ewwel mitt sena mill-ftuħ tal-Parlament Malti.
MYRIAM SPITERI DEBONO
L-EWWEL SPEAKER MARA
“U żgur li jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum. Apparti l-fatt li fil-Parlament ukoll, inti qishek għandhek żewġ livelli. Dawk il-liġijiet li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini kuljum u dawk il-liġijiet illi jaffettwawh liċ-ċittadin, imħabba li jkomplu jiżviluppaw il-preżenza tal-kunċetti kostituzzjonali u politiċi kif imħaddma.”
Spiteri Debono qalet kif l-irwol ta’ Speaker huwa li jippresedi l-Kamra u jara li r-regoli qed jinżammu.
MYRIAM SPITERI DEBONO
L-EWWEL SPEAKER MARA
“L-irwol tiegħu u l-preżenza tiegħu idealment m’għandiex tkun imponenti u fuq quddiem, għaliex huma l-membri li jagħmlu l-kamra, il-membri eletti u huma r-rappreżentanti tal-poplu, il-protagonisti. Imma jinqalu sitwazzjonijiet, fejn l-ispeaker jintalab jagħti il-ġudizzju tiegħu, jagħti d-deċiżjonijiet tiegħu.”
Fl-intervista ma’ Spiteri Debono staqsejna dwar l-aktar esperjenzi li tiftakar matul is-snin li għamlet f’din il-kariga.
MYRIAM SPITERI DEBONO
L-EWWEL SPEAKER MARA
“Mhux sitwazzjoni kellna partikolari, kellna waħda partikolari ħafna għaliex dak iż-żmien il-Kostituzzjoni kienet għadha ma ġietx emendata, li min iġib l-iktar voti, il-voti kollha li jġib ikun imsarrfa f’siġġijiet. Allura għalkemm il-Partit Laburista seta’ kellu tliet siġġijiet aktar, kellu biss siġġu wieħed.”
Hawnhekk Dr Spiteri Debono tkellmet magħna wkoll meta vot dwar il-marina tal-Birgu kien ittieħed bħala vot ta’ fiduċja fil-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Alfred Sant.
Myriam Spiteri Debono tkellmet ukoll dwar ir-rappreżentanza ekwa bejn is-sessi fil-Parlament, liġi li ġiet approvata din is-sena u qalet kif din se tbiddel il-Parlament.
MYRIAM SPITERI DEBONO
L-EWWEL SPEAKER MARA
“Din xi ħaġa li ilna ngħajtu għaliha mill-bidu tat-tmeninijiet, ngħajtu u nsemmu l-kwoti. Issa almenu għandna aċċettazzjoni tal-prinċipju, li għandu jkun hemm rappreżentanza ekwa tas-sessi fil-Parlament.”

Опубликовано:

 

6 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Her First Day on the Job - Myriam Spiteri Debono
23:50
БЫСТРАЯ сборка ПК - от А до Я!
00:22
Mcdonalds cups and ball trick 🤯🥤 #shorts
00:25
Просмотров 987 тыс.
Il-ġurament tal-President Miriam Spiteri Debono
4:34
Просмотров 1,4 тыс.
Budget 2017 - Diskors tal-Prim Ministru
1:55:58
Просмотров 7 тыс.
ONE NEWS JINTERVISTA LIL MYRIAM SPITERI DEBONO
2:23
Просмотров 1,4 тыс.
Noam Chomsky - Why Does the U.S. Support Israel?
7:41
БЫСТРАЯ сборка ПК - от А до Я!
00:22