Тёмный
No video :(

2022: IL-PARTIT LABURISTA JIKSEB L-AKBAR REBĦA ELETTORALI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 694
50% 1

ONE.COM.MT • Is-sena elfejn tnejn u għoxrin kienet waħda importanti għall-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, li kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
20 ta’ Frar. Minn fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-għażla f’idejn il-poplu kienet skedata għas-Sibt 26 ta’ Marzu.
Minn hemmhekk bdiet kampanja elettorali, bil-Partit Laburista jwassal il-messaġġ ta’ ‘Malta Flimkien’.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“L-għażla bejn il-passat u l-futur. Aħna l-futur.”
Matul din il-kampanja elettorali, il-Partit Laburista ppreżenta l-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’ għal futur sabiħ tal-poplu Malti u Għawdxi.
Kien mal-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali li l-Partit Laburista ħabbar l-ewwel prijoritajiet, fosthom dak ta’ investiment ta’ €700 miljun f’seba’ snin sabiex ikun hemm spazji ħodor fl-urban.
Proposta oħra kienet dik li fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista jiddaħħlu emendi aktar b’saħħithom fil-liġi tal-IVF; dan wassal biex aktar koppji jistgħu jsiru ġenituri.
Matul il-kampanja elettorali, il-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela mexxa kampanija b’pożittivita, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech kellu kampanja negattiva.
Dan deher biċ-ċar fid-dibattiti li saru matul din il-kampanja. Robert Abela kien konvinċenti u ħareġ il-prijoritajiet tal-Partit Laburista fil-Gvern, b’kuntrast kbir mal-messaġġ ta’ negattivita u l-proposti mhux costed tal-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech.
Il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista kienet waħda li saret man-nies. Spikkaw il-laqgħat man-nies taħt it-tined, fl-attivitajiet ta’ ‘Rally Team Malta’, u anki ‘Together in Concert’ fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Dan filwaqt li t-tmexxija tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati ltaqgħu man-nies f’diversi lokalitajiet.
Is-Sibt 26 ta’ Marzu. Wasal il-jum meta l-poplu kellu jagħżel it-tmexxija tal-pajjiż għal ħames snin ta’ wara.
L-għada sar magħruf li Malta għażlet Futur Sabiħ, hekk il-poplu ta l-akbar mandat elettorali lill-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’maġġoranza ta’ madwar 40,000 vot. Dan fisser li għall-ewwel darba fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna, partit politiku kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti fi tliet elezzjonijiet konsekuttivi, jiġifieri 50 fil-mija u aktar.
It-Tnejn 28 ta’ Marzu, Robert Abela ħa l-ġurament bħala l-erbatax-il Prim Ministru ta’ Malta.
Il-ħalfa li Dr Abela għamel quddiem il-poplu kienet sinifikattiva ħafna għaliex qatt daqs f'din l-elezzjoni ma kellna Prim Ministru b’mandat b’saħħtu fl-istorja ta’ dan il-pajjiż sovran.
Il-Belt spikkaw l-ilwien bojod u ħomor u l-ferħ tan-nies għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ poplu wieħed.
Fl-ewwel indirizz tiegħu f’din il-leġiżlatura, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-għajta ta’ ‘Malta Flimkien’ ma kinitx sempliċi għajta ta’ kampanja elettorali imma l-mod li bih irid imexxi fl-ewwel mandat li ngħata mill-poplu.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@raisamyers6400
@raisamyers6400 Год назад
O.keep I am not a member of this forum but I am sure you get it right now I am going through this year I am looking forward to seeing the first step to
Далее
IMWAQQAF IL-KUNTRATTUR FIL-PAOLA HUB
4:15
Просмотров 251
Malta Flimkien 🇲🇹 Il-futur sabiħ.
2:45
Просмотров 10 тыс.
IT'S MY LIFE + WATER  #drumcover
00:14
Просмотров 9 млн
Butch REACT to Creative way to fix damaged tile!
00:46
Просмотров 858 тыс.
IL-PM QALB IN-NIES F’GĦAWDEX
1:40
Просмотров 643
Kurt Calleja - Bla Tarf (Official Music Video)
5:02
Просмотров 296 тыс.
Dit lees je tussen de regels door in het nieuwe akkoord
21:28
INKJESTA FIL-MEWT TA’ MANGION MAGĦLUQA?
1:32
IT'S MY LIFE + WATER  #drumcover
00:14
Просмотров 9 млн