Тёмный

ATTAKK AĠITAT U NERVUŻ MINN DAVID AGIUS 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Id-Deputat u kandidat Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius kien nervuż iżżejjed quddiem diversi mistoqsijiet u argumenti pertinenti li saru waqt il-programm fuq Radju Malta, fejn ħa sehem ukoll il-kandidat Laburista Daniel Attard.
L-eks Viċi Kap Nazzjonalista u Deputat ta’ żmien GonziPN mhux biss beda jirreferi għal-Laburisti bħala mafja, iżda f’aġitazzjoni wkoll hedded li jitlaq ’il barra mill-programm kull darba li nqabad ma jafx x’se jgħid.
ATTAKK AĠITAT U NERVUŻ MINN DAVID AGIUS
Il-kandidat Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius spiċċa mfixkel u aġitat waqt dibattitu fuq il-programm ‘Vi Jew Va’ ta’ Radju Malta fejn ukoll infexx jattakka lil-Laburisti bħala mafja, inkluż lill-eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat.
L-eks Viċi Kap Nazzjonalista, li ilu fil-Parlament sa mill-2003, kien qed jiddibatti mal-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Daniel Attard dwar temi politiċi relevanti u, f’nofsu, ukoll hedded li jitlaq ’il barra meta ffaċċjat b’argumenti pertinenti.
DAVID KWAŻI JITLAQ
Din ma kinitx l-ewwel darba li, matul id-dibattitu, hedded li jqum u jitlaq dment li ma jingħatax l-ispazju li jitkellem. Iżda meta ffaċċjat minn mistoqsijiet dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-Ewropa, baqa’ jdawwar id-diskors biex ixerred il-mibegħda u jattakka lill-Partit Laburista, b’mod speċjali lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
DAVID AGIUS: “Nispera li ħadd ma jiddefendi lil dawn il-mafja. Dawn mafja ta. Dawn jindaħlu ma’ xulxin biex int ma titkellimx, u dak ma jitkellimx - mafja.
PREŻENTATUR: “Int qed tgħid li Muscat huwa mafja?”
DANIEL ATTARD: “Hekk qed jgħid!”
Sadanittant, wara li Agius beda jlaqlaq u jiddevja milli jirrispondi rigward id-difiża Ewropea, il-kandidat Laburista Daniel Attard fakkar lill-poplu Malti li l-arma tiegħu hu l-vot ta’ nhar it-8 ta’ Ġunju li ġej.
DANIEL ATTARD
KANDIDAT MEP
“Il-poplu fit-8 ta’ Ġunju għandu l-aqwa opportunità, għandu l-aqwa arma, għax ħaddieħor irid jinvesti fl-armamenti, aħna lin-nies ngħidulhom għandkom l-aqwa arma, u l-aqwa arma hi l-vot tagħkom. Agħtu risposta lil min irid jeħodna lura, agħtu risposta lil min irid ixerred il-mibegħda fost il-politiċi, agħtu risposta lil min jiddeskrivi eks mexxej li hu mafja, agħtu risposta lil min irid jaħtaf il-poter akkost ta’ kollox. Għalina l-pajjiż - mhux il-poter - jiġi l-ewwel u qabel kollox.”

Опубликовано:

 

3 май 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 7   
@josephabdilla6946
@josephabdilla6946 2 месяца назад
Imissu telaq x'kien qieghed jistenna.Haseb li kienet sa tieqaf Malta minghajru.
@raynondfrendo5706
@raynondfrendo5706 Месяц назад
Joseph amel hafna gid .....dan kollu gideb, qat ma jistaw jihdu ruh....
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 2 месяца назад
Purcinell David.
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 2 месяца назад
PURCINELL..😂😂😂
@angelobartolo8344
@angelobartolo8344 2 месяца назад
Denied insert demmej il mafia fiz zmienkom hamall7 injoranr gideb mafia kelkom inom indanat
@angelobartolo8344
@angelobartolo8344 2 месяца назад
Davied inti tajeb biex tikopja int mafia gideb hamallu mahruq ma nibzawx minek harja
@mariojspiteri
@mariojspiteri 2 месяца назад
Arroganti meta jinqarsu.
Далее
IL-VIŻJONI KONTRA L-MIŻINFORMAZZJONI
5:54
Просмотров 1,2 тыс.
How to win a argument
9:28
Просмотров 323 тыс.
Lil Miriam Dalli qalulha li ommha Helena Dalli
4:19
Просмотров 13 тыс.
Episodju 137 ma' Anthony Abela Medici
2:40:32
Просмотров 18 тыс.
Anton Refalo jgħid li hu "l-ħaruf tas-sagrifiċċju"
13:46
Ingrid Bergman's Secret Double Life
20:09
Просмотров 493 тыс.
Adrian Delia jindirizza l-media barra l-Qorti
8:53
Просмотров 8 тыс.
Zaren Bonnici jitkellem waqt Xarabank
3:39
Просмотров 19 тыс.
Il-Partit Laburista jattakka liż-żgħażagħ
2:37
Просмотров 10 тыс.