Тёмный

FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ma sab l-ebda nuqqasijiet minn Chris Fearne u Edward Scicluna fi żmien kienu jokkupaw ir-rwoli ta’ Ministri. Dan ħareġ waqt seduta oħra ta’ kawża tal-Vitals, relatata mal-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, u li fiha kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda hekk kif numru ta’ persuni u kumpaniji ġew mixlija b’akkużi xprunati mill-inkjesta tal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.
Fil-fatt, l-Awditur Charles Deguara qal dan waqt li, fuq il-pedana tax-xhieda, kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Avukat Stephen Tonna Lowell.
Deguara spjega wkoll kif il-Ministeru għall-Finanzi dejjem aġixxa b’mod impekkabbli hekk kif dejjem ipprovda d-dokumentazzjoni li kien hemm bżonn, filwaqt li dejjem ikkopera. Dan filwaqt li ma nstab xejn fuq il-Ministru Edward Scicluna u s-Segretarju Permanenti Alfred Camilleri, li jinsab ukoll fost l-akkużati f’din il-kawża.
Tul ix-xhieda tiegħu, l-Awditur Ġenerali spjega wkoll kif l-eks Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, Joseph Rapa, kien wieħed mill-aktar persuni li kkonsulta u għen fl-investigazzjoni, dan filwaqt li ma nstabet l-ebda illegalità fil-konfront tiegħu.
Deguara spjega wkoll kif deher ċar li l-Ministeru tas-Saħħa qatt ma kien ikkonsultat dwar dan il-ftehim b’saħansitra jgħid li l-eks Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ġie mwarrab, filwaqt li ma kienx hemm assistenza minn esperti fil-qasam tas-saħħa.
Sadanittant Deguara sostna li l-involviment tal-Ministeru tal-Enerġija kienet xprunata mil-fatt li taħthom kien jaqa’ Projects Malta.
Deguara spjega wkoll li, fl-ebda ħin, ma rriżulta involviment mill-Avukat Brandon Gatt.
L-Awditur Ġenerali, tul ix-xhieda tiegħu, iċċara wkoll il-fatt li l-investiment kapitali qatt ma’ sar, għax it-turiżmu mediku li kellu jiġi attirat u jiffinanzja tali proġetti qatt ma mmaterjalizza.
Fis-seduta, fost numru ta’ xhieda oħrajn, xehed ukoll is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol fejn ippreżenta ftehim li kien ippreżenta lill-Kabinett fl-2015 l-eks Ministru Konrad Mizzi flimkien ma’ numru ta’ dokumenti oħrajn dwar laqgħat tal-Kabinett bejn l-2015 u l-2021.
B’rabta ma’ tagħrif li ħareġ f’laqgħa tal-Kabinett f’Settembru tal-2019, fejn l-eks Ministru Chris Fearne ma riedx li t-tliet sptarijiet jgħaddu taħt konċessjoni, Ryan Spagnol ikkonferma dan ukoll.

Опубликовано:

 

6 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@MrRon148
@MrRon148 2 месяца назад
Hemm bzonn li dawn jigu mfittxija ghad danni tal kongenturi li qalaw fuq in- nies minghajr lanqas biss il- Magistrsta tindaga . Dan bilfors li wiehed ihoss li din kienet vendetta fuq In- nies . Gvern hudu hsieb ! In-nies qed tistenna .
Далее
MIĊĦUD MANDAT DWAR IL-HUB TAS-SAĦĦA
3:29
Просмотров 1,1 тыс.
韓馬利(Mary Hon
9:04
Просмотров 101
St.paul's bay of yesteryear
8:38
Просмотров 526
BIKE RIDE GĦAL PINK OCTOBER U MOVEMBER
2:21