Тёмный
No video :(

FR COLIN APAP F’50 SENA SAĊERDOZJU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Proprju nhar l-20 ta’ Lulju tal-1974, ħamsin saċerdot ġew ordnati flimkien, b’wieħed minnhom ikun Fr Colin Apap, qassis li baqa’ maħbub minn ħafna matul is-snin.
Mal-mikrofonu ta’ ONE News, hu jagħti ħarsa lejn dak li offrewlu dawn il-ħamsin sena ta’ saċerdozju, f’toroq li qatt ma mmaġina li kellu jieħu u fost nies, inkluż fil-Knisja stess, li qatt ma basar li setgħu jinħbew wara maskri tal-ipokrezija.
FR COLIN APAP F’50 SENA SAĊERDOZJU
Fl-20 ta’ Lulju tal-1974, Fr Colin Apap, wieħed mill-qassisin l-aktar maħbubin f’pajjiżna, kien fost 50 saċerdot li ġew ordnati flimkien. Fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju rari, iltqajna mal-qassis umli, li tana togħma ta’ dak li għadda minnu f’dan il-vjaġġ fuq ħames diċenji.
Fr Colin, kif inhu magħruf iżjed, beda billi spjegalna kif il-filosofija tiegħu li tkompli tmexxih ’l quddiem hi dik ta’ “I am because we are”, slogan li beda jadotta għalih personalment wara esperjenza volontarja fl-Afrika.
FR COLIN APAP
SAĊERDOT
“I am because we are - dan kien il-poster meta erbgħin voluntier morna l-Afrika, il-Kenja, fejn għamilna xogħol ta’ kostruzzjoni, fl-isptarijiet, konna tobba u nurses. I am because we are tagħti din l-idea li jiena jien proprju għax aħna aħna flimkien, u din hi l-idea, dan hu s-saċerdozju għalija.”
Fr Colin jirrakkonta kif għadu jiftakar meta sab ruħu mitluq wiċċu fl-art fuq l-artal tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, bħala parti miċ-ċerimonja tal-ordinanza tiegħu, imdawwar minn sħabu l-oħrajn.
Hu jiddeskrivi li kienu mumenti li rahom lkoll jibku fis-silenzju, jistennew dak il-mument meta qalilhom biex iqumu bil-wieqfa u bdew ikantawlhom s-Sekwenza tad-Deheb, l-Innu lill-Ispirtu s-Santu, magħruf bħala l-Veni Sancte Spiritus.
Stqarr li dan ikun il-mument li hu l-quċċata ta’ tmin snin sħaħ tħejjija għal dak il-mument li jkun se jibdel ħajjet dak li jkun.
Tenna li, minn dakinhar, qatt ma ħares lura u semma wkoll ftit minn dak li għadda minnu jew iltaqa’ miegħu f’dawn is-snin kollha.
FR COLIN APAP
SAĊERDOT
“Li timxi wara Ġesù qatt ma kien faċli, imma hi xi ħaġa affaxxinanti u, bħalma qal hu, tirċievi għal mitt darba iżjed f’din il-ħajja stess dak kollu li ħallejt. Jiena qatt ma bsart li ħa mmur il-Filippini, tmin snin il-Filippini, qatt ma bsart li se nkun il-Kappillan ta’ parroċċa ta’ 50,000. Qatt ma bsart li jiena se niltaqa’ ma’ tant nies f’ħajti, il-membri tal-Moviment Era Ġdida li huma sapport enormi għall-qassis. Dan kollu hu avventura divina, tkun qassis tfisser tgħid iva għal din l-avventura divina fejn ma tafx fejn Ġesù se jwasslek.”
Minkejja dan, qal li qatt ma kien jobsor li ħajtu, bħala saċerdot, kellha tgħaddih minn toroq li qatt ma kien jistenna, jiltaqa’ ma’ nies li qatt ma kien jimmaġina. Jgħid li kien jaħseb li d-dinja hi sabiħa, mimlija b’nies sinċieri u ġenwini, ħbieb ta’ vera, però skopra li, fil-Knisja stess, hemm nies b’maskri li warajhom hemm aġenda li m’għandha x’taqsam xejn mal-Vanġelu.
Ikompli billi jgħid li skopra li l-ewwel midneb kien hu stess, fejn anke tgħallem iħobb lilu nnifsu bid-dnubiet tiegħu u fid-dnubiet tiegħu.
FR COLIN APAP
SAĊERDOT
“Aħna ma nimxux wara Knisja, aħna nimxu wara Ġesù. U jekk il-Knisja tagħtina lil Ġesù, allura eħe, nieħu gost nimxi wara Ġesù, mentri nies fil-Knisja ħa jweġġgħuni. L-aktar nies li weġġgħuni huma n-nies li l-aktar inkun viċin tagħhom u nagħmel parti minnhom, allura ovvjament din it-tbatija, mingħajr il-mera li Ġesù qed jurini, ma nkunx kapaċi nibqa’ fil-Knisja.”
Xi ħaġa speċjali, li jsemmi Fr Colin, kien il-fatt li, fis-sena li ġie ordnat saċerdot hu, kienu b’kollox ħamsin. Dan kien sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-ħamsin sena tal-Arċisqof Mikiel Gonzi bħala Isqof.
Biex inġabru l-ħamsin f’daqqa kellhom jgħaqqdu tliet snin flimkien.
Minkejja dan, b’daħka, qalilna li dakinhar fil-verità kienu wieħed u ħamsin, iżda biex isolvu d-diskrepanza, la l-Isqof kien se jagħlaq ħamsin sena, sempliċiment żammew lil kulħadd, imma kitbu ħamsin.
Illum, hu jiftakar f’tant fihom, fejn ħafna minnhom ħallewna, imma għadhom miegħu, fejn anke jiġu quddiem għajnejh dawk li mietu ftit ilu, kif ukoll dawk li batew u ġew imwarrbin u ħadd jew ftit jafu minn xiex għaddew.
FR COLIN APAP
SAĊERDOT
“Issegwi lil Ġesù mhux faċli, u Ġesù jaffaxxinani, kien jaffaxxinani, għadu jaffaxxinani, u nittama li jibqa’ jaffaxxinani. Jiena Ġesù xi ħaġa f’qalbi li ma nixtieq nitlifha qatt, għalija dak hu s-saċerdozju wkoll.”

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@mr.sangermax8692
@mr.sangermax8692 Месяц назад
❤ real example of angel Fr.collin Apap
Далее
Xarabank Feature - Fr Robert Galea
11:15
Просмотров 13 тыс.
Первый день школы Катя vs Макс
19:37
MILLION JAMOASI 2024 4K
2:17:51
Просмотров 13 млн
Nimxu fil-maltemp -  Fr Hayden
25:29
Просмотров 3 тыс.
50 sena saċerdot - Mons. Charles Cordina
3:16
Dave Allen - religious jokes
13:20
Просмотров 6 млн
Il-KonKatidral ta' San Gwann
25:31
Просмотров 7