Тёмный

IL-ĠENITURI TA’ JAKE: “MA RIDNIEX NARAWH JINDIFEN” 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,8 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
MAROUSKA U JOSIE VELLA,
IL-ĠENITURI TA’ JAKE
“Tant kien pożittiv li ried jgħix Jake. Imma naħseb ħalla mpatt qawwi fost il-poplu Malti u Għawdxi. Konna nafu li Jake jafuh ħafna nies, però li maħbub daqshekk qatt m’għaddithielna minn moħħna.”
Dan kien is-sentiment, ukoll pożittiv, li għaddew il-ġenituri taż-żagħżugħ Jake Vella, li miet nhar il-Ġimgħa li għadda wara li tilef il-battalja mal-marda qalila u rari li ħakmitu għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Avolja kellu biss ħmistax-il sena, l-enerġija pożittiva li ttrasmetta Jake fost il-poplu Malti żgur mhux li tintesa malajr, kif esprimew magħna Josie u Marouska Vella.
Jake Vella, li nħakem mill-marda rari ROHHAD sa mill-età ta’ ħames snin, se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Settembru, fl-10:30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa.
Deskritt bħala eroj u ta’ ispirazzjoni għal eluf f’pajjiżna, inkluż mill-ogħla awtoritajiet fil-pajjiż, Jake wera sens kbir ta’ determinazzjoni u reżiljenza, minkejja l-età tenera tiegħu u minkejja l-marda li ħolqitlu sfidi kbar.
Waqt intervista esklussiva ma’ ONE News, omm u missier Jake qalulna li l-ebda familja ma tkun tixtieq tidfen lil ibnu jew lil bintu u għalhekk ħadu d-deċiżjoni li lil Jake iżommuh “qribhom fid-dar”.
MAROUSKA VELLA,
OMM JAKE
“Qatt ma niżżilniha li Jake jrid jindifen u aħna nixtiequ li nagħmlu l-kremazzjoni ... inħallu ftit ġranet wara l-funeral u nistgħu nitilgħu bih biex nagħmlu din l-biċċa xogħol biex ikun magħna d-dar. Dik kienet il-ftehim tiegħi u ta’ Josie li nagħmlu din l-biċċa xogħol.”
Fuq il-midja soċjali, missier Jake kien diġà indika kif Jake dalwaqt kien se “jirritorna d-dar”, fejn diġà għandu post riservat għalih f’vetrina apposta, flimkien mal-unuri u t-tifkiriet kollha li kiseb tul il-ħajja qasira tiegħu, b’mod partikolari fl-isport.
Il-ġenituri ta’ Jake komplew jgħidulna kif huma jinsabu ferħana, mhux għax binhom miet, imma għax issa hu ħieles minn kull mard u tbatija, u waqt li xorta jħossu li Jake qiegħed magħhom, konvinti li jinsab ferħan.
Għaldaqstant iqisu li l-funeral ta’ Jake għandu jkun ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu.
MAROUSKA VELLA,
OMM JAKE
“Forsi qed tarawni b’naqra tbissima, għax ħalla l-ferħ, nista’ ngħid għax Jake żgur li qiegħed kuntent, għax kieku aħna m’għandiex din it-tbissima. Nixtiequ nagħmlu ċelebrazzjoni, festa sabiħa.”
Kif jixhdu għadd ta’ messaġġi fuq il-mezzi soċjali u dawk li qasmu ħsibijiethom ma’ ONE News, iż-żagħżugħ dejjem ħalla tbissima fuq ħafna, waqt li kien determinat li jgħin, inkluż billi jorganizza u jieħu sehem fi ġbir ta’ fondi għall-annimali abbandunati, li tant kienu għal qalbu. Dan anke jekk il-marda affettwatlu sew il-mobilità tiegħu.
Fi tmiem l-intervista u b’għajnejn jixgħelu, Josie u Marouska Vella qalulna kif Jake, bid-doni u l-manjieri tajbin li kien mogħni bihom, dejjem wera sens qawwi ta’ altruwiżmu u rispett lejn kulħadd, inkluż fl-aħħar kliem li lissen f’ħajtu.
MAROUSKA U JOSIE VELLA,
IL-ĠENITURI TA’ JAKE
“Il-pożittività tiegħu kienet kbira wisq, anke jekk tgħidlu xi ħaġa ma jaqtagħlekx qalbek. Japprezza ħafna li tagħmel miegħu, Jake infatti qabel għalaq għajnejh l-aħħar żewġ kelmiet li qal, dar fuqi qalli ‘thank you dad’, dar fuq il-mara u qallha ‘thank you ma’. Onestament kien hemm it-tabib tiegħu, li kien ilu miexi t-triq tal-battalja tul dan l-aħħar għaxar snin, Dr Torpiano, li nirringrazjawh minn qalbna u qallu ‘grazzi Dr Torpiano’. U qallu ‘salvani’.”

Опубликовано:

 

16 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 5   
@TWANNYBARUN
@TWANNYBARUN Месяц назад
Rip jake❤❤❤ i miss you❤❤
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 Месяц назад
JAKE RIP.
@joycevella4253
@joycevella4253 Месяц назад
Rip jake❤
@christiancamilleri2762
@christiancamilleri2762 Месяц назад
☁️ ❤️ 🐈‍⬛️ 🌈 "JaKe"🪽 🐕 ❤️ ☁️
@lordnggamermtpoppy3829
@lordnggamermtpoppy3829 Месяц назад
Kuraġġ ❤
Далее
Kellymni: Episodju 21 - Terry Muscat
51:20
Просмотров 13 тыс.
ELEZZJONI ĠENERALI B’RIŻULTAT STORIKU.
7:03
Просмотров 15 тыс.
ОТПРАВЬ СВОЕЙ ЛП/ЛД
00:10
Просмотров 139 тыс.
Idiots Around Europe | Try Not To Laugh
30:14
Просмотров 33 млн
BEPPE FENECH ADAMI JIBQA’ JIBŻA’ MILL-ISFIDI.
2:31
Prime Minister's Questions (PMQs) -  16 October 2024
33:31
IL-PN JIKKUNDANNA LIL ADRIAN DELIA.
4:37
Просмотров 15 тыс.
RABJA KBIRA GĦAL COMODINI CACHIA.
2:21
Просмотров 5 тыс.
I REBUILT MARCUS RASHFORD'S  WRECKED ROLLS ROYCE
47:17
BRIJU, MARĊI U KULURI
2:48
Просмотров 4 тыс.