Тёмный

IL-PM JINAWGURA X-SHORE-TO-SHIP FIL-PORT IL-KBIR 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 301
50% 1

ONE.COM.MT • F'dan l-ewwel servizz għal lejla se nsegwu d-dettalji b’rabta mal-inawgurazzjoni tal-proġett tax-shore to ship fil-Port il-Kbir mill-Prim Ministru Robert Abela. Proġett li permezz tiegħu issa sa massimu ta’ ħames cruiseliners jistgħu jaqbdu mal-grid ta’ pajjiżna u jitfu l-magni tagħhom waqt li jkunu sorġuti fil-Port il-Kbir biex b’hekk jonqsu l-emmissjonijiet u t-tniġġis tal-arja b’mod drastiku.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: CHRIS BORG
“Proġett li se jfisser Malta aktar sostenibbli u nadifa.”
Hekk ġie deskritt l-proġett massiċċ tax-shore to ship fil-Port il-Kbir u li ġie inawgurat l-Erbgħa filgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela. Proġett li issa se jwassal għal tnaqqis drastiku ta’ 90% tat-tniġġis iġġenerat mill-bastimenti l-kbar li jidħlu fil-Port il-Kbir.
Dan hekk kif il-vapuri issa jistgħu jitfu l-magni u l-generators meta jkunu sorġuti fil-port biex b’hekk dan se jwassal għal titjib konsiderevoli fil-kwalità tal-arja għal madwar sbatax-il elf (17,000) familja li jgħixu f’din il-parti tal-pajjiż.
Fl-indirizz tiegħu tal-okkażjoni, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li, permezz ta’ dan il-proġett, ukoll se jkun hemm tnaqqis ta’ gassijiet serra nett b’40% ta’ CO2 mill-cruise liners, minbarra tnaqqis ta’ aktar minn 90% fis-sustanzi mill-cruise liners li jniġġsu, u li jagħmlu l-ħsara.
Dan filwaqt li l-infrastruttura ta’ dan il-proġett tagħmilha possibbli li jkun hemm provvista ta’ enerġija lil ħames vapuri f’daqqa b’massimu ta’ 64MVA ta’ elettriku.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Qed nitkellem dwar numri li vera forsi ma jidhrux u ma tarahomx. Għax mhux qed tagħmel ġnien, jew proġett infrastrutturali. Imma huma numri li jfissru differenza kbira u li se jinħassu fl-aktar aspett importanti - it-titjib ta’ saħħet in-nies. Sodisfatt ħafna li dan il-proġett ambizzjuż, bdejnih fl-iktar mument ta’ sfida meta konna f’pandemija. Investiment li jpoġġih bħala wieħed mill-aqwa proġetti tat-tip tiegħu fl-Ewropa.”
Dan il-proġett qed ikompli jiġi estiż biex ikollu 16-il point fil-Port il-Kbir, apparti li għaddej ix-xogħol fuq proġett ieħor ta’ shore-to-ship fiż-żona tal-Freeport
Sadanittant, il-Prim Ministru sostna kif dan mhux l-unika proġett li mbarka fuqu l-Gvern favur it-tranżizzjoni ekonomika ta’ pajjiżna.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Bdejna u se nkomplu bil-bidliet biex intellgħu dejjem dak il-persentaġġ tal-enerġija tagħna liġej minn sorsi rinovabbli. Pereżempju, f’konsultazzjoni preliminari, daħlu 13-il proposta għall-iżvilupp potenzjali ta’ floating solar farms fl-ibħra territorjali Maltin. Jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar il-proġetti li eventwalment se jsiru fl-EEZ imma qed nitkellmu dwar proġetti fl-ibħra territorjali.
Ma’ dan kollu, għaddejja l-ħidma favur l-installazzjoni tat-tieni interconnector, faċilitajiet favur ir-riċiklar tal-iskart f’riżorsa u r-riġenerazzjoni ta’ 40,000 metru kwadru ta’ art fl-aħħar xhur fi spazji miftuħa, fost ħafna aktar.
Min-naħa tiegħu, waqt li rringrazzja lill-partijiet kollha li wasslu għat-tlestija ta’ dan il-proġett, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Chris Bonett, spjega li dan hu wieħed mill-ewwel proġetti tat-tip tiegħu fil-Mediterran b’investiment ta’ €33 miljun u li twettaq ukoll b’ko-finanzjament ta’ fondi Ewropej.
Fil-fatt spjega li l-proġett kien ko-finanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropea, Connecting Europe Facility.
CHRIS BONETT
MINISTRU
“Jeħtieġ li nibqgħu proattivi. Is-settur marittimu tagħna jgawdi rispett enormi madwar id-dinja u mhux fl-Ewropa biss. Għandna r-reġistru tal-vapuri tagħna li bħalissa huwa s-sitt fid-dinja. L-ewwel fid-dinja għal dak li jirrigwardja reġistrazzjoni ta’ superyachts.”
Finalment fl-indirizz tiegħu, il-Prim Ministru sostna li din il-ġurnata għandha tibqa’ mmarkata bħala waħda importanti fil-qalba ambjentali li dan il-Gvern qed iwettaq.
SHORE-TO-SHIPROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
L-għażla li għandna quddiemna ħbieb tiegħi hija għażla ċara ħafna. Irridu nibqgħu mexjin ‘il quddiem. Billi nżommu dejjem fuq quddiem nett dawk il-prinċipji li wasluna sa hawnhekk; l-ambizzjoni u l-ottimiżmu fuq quddiem nett. Il-ħerqa biex nagħmlu ħafna iżjed Iżda, wkoll billi noħolmu fuq proġetti ġodda u ikbar. U tal-lum huwa eżempju ieħor importanti f’din id-direzzjoni."

Опубликовано:

 

9 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-BAĠIT 2025 SE JKUN AĦJAR MILL-ATTWALI
3:27
KONFOFFA BIEX IĦARBTU PROĊESS KOMPETITTIV
2:44
Просмотров 1,1 тыс.
IL-KIRKOP SUMMER FEST FI TMIEM IL-ĠIMGĦA
2:39
INAWGURAT IL-PROĠETT TAL-MARSA JUNCTION
2:46
Просмотров 2,2 тыс.