Тёмный
No video :(

IR-RITRATTI MINN DEJJEM KIENU GĦAL QALBU, IMMA ISSA IKTAR 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 820
50% 1

ONE.COM.MT • Se nlaqqgħukom issa ma’ Joe Lewis Abdilla. Fotografu għal għadd ta’ snin, imma li dan l-aħħar skopra aktar mit-talent li għandu fid-dinja tal-fotografija.
KITBA: ANTON FALZON
FILMATI: ALEX BORG
Ingħata envelopp, fetħu u sab li kellu titjira għal mawra fuq Malta. Kien rigal għal Jum il-Missier, li wassal għal għadd ta’ veduti sbieħ ta’ Malta, Għawdex, panorami tal-paesaġġ Malti, il-widien, il-knejjes, il-bajjiet u xeni oħra li qishom minsuġa u mpittra mill-Ħallieq fuq tila naturali, biex qisu jurina kburitu.
Joe Lewis Abdilla, beda l-vjaġġ tiegħu fid-dinja tal-fotografija fis-snin tmenin. Kien sentejn ilu, meta l-familja tiegħu tawh rigal titjira ta’ 75 minuta fuq il-gżejjer Maltin. Kien għadu qatt ma kellu l-esperjenza li jiġbed ritratti minn fuq ajruplan. Minħabba li hu jġorr il-kamera tar-ritratti miegħu kull fejn ikun, dakinhar tat-titjira ma naqasx li joħodha miegħu. Minn hemm ’il quddiem skopra li t-talent tal-ġbid tar-ritratti jista’ jieħdu f’dinja oħra, fejn mill-ajru seta jiskopri aktar ġmiel pajjiżna.
Permezz tal-lenti tal-kamera tiegħu, Joe iddeċieda li fost il-ħafna ritratti miġbuda mill-għoli seta joħloq album oriġinali għalih personali. Iżda d-destin ta’ Joe ried mod ieħor u minn album tar-ritratti għalih personali qalbu fi ktieb interressanti għal kulħadd bl-isem ta’ Malta Aerial Photography. Maltese Islands - Shores - Towns - Landscapes.
JOE LEWIS ABDILLA
FOTOGRAFU
‘L-idea nibtet minn rigal li tawni tal-Father's Day, il-familja tiegħi, fejn jiena ħtaft l-okkażżjoni biex nieħu r-ritratti kif dejjem nagħmel. Dawn ir-ritratti intogħġbu tant li ħabib tiegħi qalli li tajjeb li nuruh lit-turisti. U bqajt miexi minn hemm. Bl-għajnuna ta’ ħbieb tiegħi, sibt l-okkażjoni biex nippublika dan il-ktieb u nfirex mad-dinja kollha.’
B’dedika għall-familja tiegħu, xogħol Joe Lewis sab postu wkoll f’libreriji privati madwar id-dinja, fosthom f’pajjizi bħall-Awstralja, New Zealand, Ruma, l-Ingilterra, l-Iskozja, id-Danimarka, u l-Iżvezja.
Tlabnieh jgħidilna għaliex għażel li pajjiżna jkun l-ingredjent prinċipali fil-ktieb li ħareġ.
JOE LEWIS ABDILLA
FOTOGRAFU
‘Il-ġmiel ta’ pajjiżna hu tant sabiħ li aħna ninsew u nieħdu kollox for granted, kemm huwa sabiħ, pajjiżna. Għalhekk għandna nippromovuh aktar, biex il-barranin ikunu jafu xi ġmiel ta’ pajjiż għandna, aħna lkoll.’
Il-fotografu qalilna li l-passatemp tal-fotografija issa ħa żvolta oħra. Il-ħarsa t’għajnejh tixhed b’mod ċar l-imħabba tiegħu lejn din l-arti.
JOE LEWIS ABDILLA
FOTOGRAFU
‘Ili mit-tmeninijiet nieħu r-ritratti, għandi kollezzjoni kbira. Ir-ritratt trid timmaġinah. Illum il-ġurnata bit-teknoloġija jagħmlu ħafna affarijiet. Dik li jgħidu li ritratt ma jigdibx illumm’għadiex tgħodd daqshekk. Imma dejjem hemm il-valur u l-preġju li ħadt ritratt u jkun tiegħek.’
Huwa nsista magħna li qatt mhu tard, biex wieħed iwettaq il-ħolm tiegħu, u qalilna li fadallu aktar xewqat marbuta mal-ġbid tar-ritratti.
JOE LEWIS ABDILLA
FOTOGRAFU
‘Fil-ġejjieni nixtieq li l-kollezzjoni tiegħi tar-ritratti ma nżommhiex għalija biss, kemm jien u kemm ħaddieħor li nieħdu ritratti bl-addoċċ. Illum il-ġurnata bil-mobile tieħu ħafna ritratti imma sfortunatament dawn jintilfu. Jekk aħna nippublikawhom bħala ktieb għall-inqas inħallu wirt għal ta’ warajna.’
Temmejna l-laqgħa tagħna mal-fotografu Joe Lewis Abdilla, billi tennielna li bħal f’kollox, fil-fotografija, l-importanti huwa, li wieħed jagħmel dak li jrid jagħmel, b’passjoni, imħabba u determinazzjoni, u ma jaqta’ qalbu qatt.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@beatricelundgren9096
@beatricelundgren9096 Месяц назад
Proset hafna jekk jigi littratihaun Sweden nixtrih jiena.
Далее
Ընտանեկան պատմություններ228.
41:49
3d printed demon core vs real
00:24
Просмотров 7 млн
MARC TA' SIBT FESTA SAN GEJTANU HAMRUN
46:52
Просмотров 35 тыс.
Joe Demicoli & Axl
3:24
Просмотров 368 тыс.
Talba lill-Madonna Ta' Pinu
2:44
Просмотров 4,1 тыс.
Xarabank - Malta u l-Maltin - Laqmijiet 1
2:28
Просмотров 33 тыс.
3d printed demon core vs real
00:24
Просмотров 7 млн