Тёмный

Irxoxt 2017 - Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (1/14) 

Duluri Birzebbuga
Подписаться 26
Просмотров 1,7 тыс.
50% 1

L-Irxoxt tal-Banda Birżebbuġa (Tal-Iljun)(Tal-Ħodor) jerġa' joħroġ wara 18-il sena. L-aħħar li kien ħareġ kien f'Jum l-Għid il-Kbir tal-1999. Il-Knisja kienet poġġiet taħt pressjoni lis-Soċjetà b'theddid li ma tistax toħorġu iktar u trid tagħmel apoloġija. Hu dam ġewwa għal 18-il sena sakemm matul il-Ġimgħa Mqaddsa tal-2017 il-knisja tat permess biex il-Vara tas-Soċjetà tagħna toħroġ mill-ġdid.
_________________________________________________________________
Rapport fuq tvm.com.mt ta' Jum L-Għid 16 t'April 2017
Sorsi: www.tvm.com.mt/...
Soċjetajiet mużikali f'diversi rħula llum ħarġu l-istatwa tal-Irxoxt wara nuqqas ta' snin twal jew saħansitra għall-ewwel darba. Dan wara li kien hemm tibdil fid-direttivi tal-Knisja fir-rigward ta' vari ġodda li joħorġu mill-każini.
Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa ħarġet l-Irxoxt tagħha llejla bejn is-6.00pm u s-7.30pm f'ċelebrazzjoni li, kif mistenni, kienet akkumpanjata mill-banda.
Il-President Alex Caruana qal lil tvm.com.mt li fl-aħħar tliet snin, bħala Soċjetà, reġgħu bdew jikkomunikaw mal-Kurja sabiex il-vara, li tlestiet fl-1999 mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi, tkun tista' tinħareġ mill-każin bil-barka tal-Knisja.
Dan peress li fl-Għid ta' dik is-sena s-Soċjetà kienet ħarġet il-vara ġdida bil-permess tal-Pulizija, iżda b'konsegwenza li spiċċat f'diżgwit mal-Kurja, li dak iż-żmien ma riditx li jinħarġu statwi ġodda tal-Irxoxt. Dan id-diżgwit ikkomprometta s-sehem tal-banda fil-festa titulari, u għalhekk il-banda għamlet apoloġija u ma ħarġitx iktar l-Irxoxt fi 18-il sena.
L-istatwa tal-Irxoxt illejla nħarġet għall-ewwel darba wara ħafna snin ukoll fil-Kalkara. Fis-6.30pm illum l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ukoll ħarġet il-vara tagħha wara nuqqas ta' 18-il sena. Din il-vara hija wkoll xogħol tal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.
Statwa kompletament ġdida li nħarġet ukoll illum hija dik fis-Siġġiewi. Siġġiewi Brass Band ħabbru sentejn ilu li se tkun ikkummissjonata vara tal-Irxoxt, li tlestiet din is-sena b'xogħol tal-iskultur Joseph Cutajar Zahra. Din inħarġet mill-każin fl-4.00pm.
Meta mistoqsi minn tvm.com.mt , kelliem għall-Kurja ma kkonfermax li kien hemm dan it-tibdil fid-direttivi, iżda kkonferma li f'attivitajiet mhux organizzati mill-Parroċċa, l-Irxoxt se jkun jista' jinħareġ mill-każini bil-permess tal-Pulizija.
_________________________________________________________________
Servizz ieħor fuq ONE News - L-IRXOXT TA’ B’BUGIA SE JERĠA’ JOĦROĠ. (15 t'April 2017)
Sorsi: • L-IRXOXT TA’ B’BUGIA S...

Опубликовано:

 

7 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Irxoxt 2017 - Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (2/14)
2:50
Ras ir-Randan Birżebbuġa 2019
3:52
Просмотров 125
Cute kitty gadget 💛💕
00:23
Просмотров 14 млн
ПРОСТИ МЕНЯ, АСХАБ ТАМАЕВ
32:44
Просмотров 2,2 млн
Festa Tal Karmnu Zurrieq 2022
2:09
Просмотров 1 тыс.
Gimgha Kbira 2017 - Żejtun
32:21
Просмотров 11 тыс.
# 506
23:33
Просмотров 11 тыс.
Ġimgħa Mqaddsa Vittoriosa 2023 - L-Għid il-Kbir
7:57
Cute kitty gadget 💛💕
00:23
Просмотров 14 млн