Тёмный

ISIR L-AĊĊESS FIL-KAŻ TAL-QTIL TA’ ALBERT BRIAN ROSSO 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Dalgħodu, il-ġuri ta’ Anthony Bugeja u Piero di Bartolo, li jinsabu mixlija bl-omiċidju ta’ Albert Brian Rosso, ħareġ ’il barra mill-binja tal-Qorti meta sar l-aċċess f’Marsaxlokk, il-post fejn allegatament inqatel il-vittma.
Fil-frattemp, il-Qorti ċaħdet talba mid-Difiża biex il-ġuri jiġi xolt.
KITBA: EMAN PORTALLI
FILMATI: BJORN BONELLO / ARKIVJI
It-Tlieta, fit-tieni jum tal-ġuri ta’ Anthony Bugeja ta’ 55 sena u Piero Di Bartolo ta’ 49 sena, sar l-aċċess f’Marsaxlokk b’rabta mal-qtil ta’ Albert Brian Rosso. L-omiċidju kien seħħ fl-10 ta’ Ottubru tal-2005.
Il-ġurati ngħataw spjegazzjoni tas-sekwenza tal-fatti ħdejn it-Torri ta’ San Luċjan u fi Triq Osiris, Marsaxlokk - fejn allegatament seħħ l-omiċidju.
Preżenti għall-aċċess kien hemm iż-żewġ akkużati, imdawrin mill-uffiċjali korrettivi tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, u anki uffiċjali tal-Pulizija. Kien hemm ukoll l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li qed tmexxi dan il-ġuri.
Il-katavru tal-vittma baqa’ qatt ma nstab, wara li ż-żewġ sajjieda allegatament qatlu lil vittma u ħelsu mill-katavru tiegħu fil-baħar. Dan minkejja t-tfittxijiet li saru madwar il-kosta minn Birżebbuġa sa San Pawl il-Baħar.
Intant, meta kompla l-ġuri, xehed l-eks Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo, li xehed li ġimgħa qabel l-għajbien tal-vittma, huwa ltaqa’ miegħu. Huwa qallu li kien qed iħossu mhedded minn Sqallin.
Fost l-oħrajn, semma lil Sebastian Lupo, li kien il-proprjetarju ta’ dgħajsa tas-sajd miegħu.
Rizzo qal li huwa kien beda investigazzjoni fuq l-għajbien. Irriżulta li, dakinhar li Rosso għeb, xi ħadd niżel mill-vann tal-vittma u rikeb fis-sit tal-passiġġier ta’ vettura oħra li kienet qed tistenna, li mabgħad insaqet minn fuq il-post.
L-eks Kummissarju tal-Pulizija qal li l-vittma kellu tilwima ma’ nies li kien magħhom fin-negozju, fuq kwistjoni ta’ flus.
Qal li Rosso kien tkellem miegħu dwar attivitajiet illegali u mafjużi. Huwa qal li ma kienx mhedded direttament, iżda t-theddid kien jasal mingħand l-akkużati.
Il-Qorti ċaħdet talba mid-Difiża biex il-ġuri jiġi xolt, għax qalu li x-xhieda ta’ Emanuela Bugeja, mart Anthony Bugeja, hija “konġettura” - jiġifieri l-ġurati ma jistgħux jieħdu inkonsiderazzjoni ta’ dak li ntqal f’din ix-xhieda.
Dan minħabba li x-xhieda tagħha kienet minn dak li qaltilha terza persuna.

Опубликовано:

 

15 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
НИКИТА ПОДСТАВИЛ ДЖОНИ 😡
01:00
Просмотров 295 тыс.
87,000 BIT-TILQIMA TAL-INFLUWENZA FL-2023
2:32
IL-PN BLA PRE-BUDGET U ANKE BLA APOLOĠIJA
3:45
FRAMEWORK MALTI “ROBUST” GĦALL-INSIB
2:31
IL-PN B’FAKE NEWS FUQ IL-KUMMISSARJU
1:35