Тёмный
No video :(

JIRREAĠIXXU GĦAD-DEĊIŻJONI TA’ KUNSILL TAL-PN FIL-MOSTA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 512
50% 1

ONE.COM.MT • Id-deċiżjoni tal-Kunsill Nazzjonalista fil-Mosta, li minn pjazza miftuħa għall-pubbliku irid jagħmilha pjazza traffikuża, sabet l-oġġezzjoni ta’ ħafna, fosthom tal-Moviment Graffitti, li nnotaw l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista - li jgħidu mod u jagħmlu ieħor.
KITBA: RUSLANA BARBARA
FILMATI: ARKIVJI
“Pass ‘il quddiem u għaxra lura”.
Qalu dan il-Moviment Graffitti, permezz ta’ stqarrija fuq Facebook, b’rabta mad-deċiżjoni li ttieħdet minn Kunsill Nazzjonalista tal-Mosta, sabiex ireġġa’ lura deċiżjoni li tibda tinfetaħ il-pjazza tal-Mosta, għat-tgawdija tal-pubbliku, fi tmiem il-ġimgħa.
Biex b’hekk mill-ġdid tressqet riżoluzzjoni mill-istess Kunsill Nazzjonalista biex iġib il-pjazza għall-użu tal-vetturi biss il-ġimgħa kollha.
Intqal li din id-deċiżjoni, xprunata fost l-oħrajn mis-Sindku Joe Gatt, qed terġa’ tipprijoritizza l-aċċess esklussiv għall-karozzi.
Moviment Graffitti, faħħru l-inizjattiva li kienet ittieħdet minn Kunsill Lokali Laburista, dak iż-żmien immexxi mis-Sindku Chris Grech, fejn qalu li l-familji, ż-żgħażagħ u t-tfal kienu qed jidraw u jgawdu l-pjazza kif kienet oriġinarjament intenzjonata.
Żiedu jgħidu li l-Kunsill tal-Mosta jista’ jservi ta’ eżempju, billi minflok jeqred din l-inizjattiva, jfassal pjan b’soluzzjonijiet ġodda għall-immaniġġjar u ppjanar.
Fil-fatt, żiedu jinnotaw l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista, li jħambaq u jinsisti fuq l-ambjent, imbagħad jagħmel mod ieħor.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubblċi, Chris Bonnett, qal li minkejja li għal bidu kien xettiku dwar l-inizjattiva li kienet iddaħħlet minn Kunsill Laburista xhur ilu, din kienet deċiżjoni tajba.
Il-Ministru Bonnett, appella lill-Kunsilli Lokali l-oħra, sabiex jersqu bil-proposti tagħhom, sabiex dak li sar fil-Mosta, jiġi rreplikat f’lokalitajiet oħra.
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, qalet li dik proposta minn Kunsill Laburista, kienet inizjattiva kuraġġjuża, li tisfida l-istatus quo.
Żiedet tgħid li minkejja li dan ma kienx pass faċli, dan ma jfissirx li t-tibdil m’għandux isir.
Intant, b’rabta ma’ dan, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia, qal li jekk tiġi riveduta din id-deċiżjoni favur il-karozzi, inkunu qed inħarsu lura u mhux ‘il quddiem.
Huwa żied jgħid li kulħadd jaqbel li għandna jkollna aktar spazji miftuħa fejn ir-resident jissoċjalizzaw u t-tfal jilgħabu, filwaqt li stqarr li huwa jaqbel li ma nreġġgħux l-arloġġ lura, hekk kif se jkompli jingħata l-appoġġ meħtieġ sabiex jiġi mfassal mudell favur in-nies.
Huma żiedu jinnotaw l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista, li jriduha ta’ paladini tal-ambjent, iżda fallew milli jagħmlu dan, fl-ewwel test.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 Месяц назад
Dawn nies li jinpurthom biss il poter. U dejjem hekk kienu f'oppozzizjoni jedu mod u kif jisirqu il poter jamlu bil maqlub.