Тёмный

JUM BIEŻEL GĦALL-AIR MALTA FL-AJRUPORT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Hekk kif ilbieraħ Malta nfetħet mill-ġdid għat-turiżmu b’mod kawt u responsabbli bil-miżuri neċessarji kontra l-Covid-19, illum waslu xejn inqas minn għoxrin ajruplan mimlija bit-turisti.
Fuq ir-runaway tal-ajruport stajna ninnutaw attività iktar bieżla minn tas-soltu fosthom minn ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Mal-wasla t’ajruplan tal-Air Malta tkellimna ma’ bosta turisti li qalulna għalfejn għażlu li jiġu Malta u mhux pajjiż ieħor.
KITBA: MATTHEW FARRUGIA
FILMAT: CHRIST BORG
“Warajja għadu kif niżel dan l-ajruplan minn Praga u din it-titjira kienet biss waħda minn iktar minn għoxrin titjira li niżlet hawnhekk illum.”
Dan kien il-mument li ajruplan tal-Air Malta rifes ir-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit mumenti qabel bdew neżlin aktar minn mitt turist mir-Repubblika Ċeka.
Mill-bidu ta’ dan ix-xahar, l-ajruport fetaħ b’mod uffiċjali għat-turiżmu b’mod sigur fejn fi żjara esklussiva fuq ir-runaway tal-mitjar stajna ninnutaw ferm iżjed attività minn dak li konna mdorrijin biha fl-aħħar xhur.
Dan l-istazzjon staqsa lit-turisti Ċeki x’wassalhom li għażlu lil Malta minn tant pajjiżi.
Ilkoll kelma waħda, li pajjiżna hu wieħed sigur, b’rata baxxa ta’ infezzjonijiet.
“Yes of course I’m quite sure that we will be safe.
Yeah I feel safe here.
Yeah I think it is, otherwise I wouldn’t be here
Well I feel safe
Yeah I think I’m safe
Yes I feel safe”
Fid-dawl li Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19, spikkaw dawn il-kummenti.
“I heard that 70% of Malta, the people are vaccinated.
Yeah because I have my PCR test and Malta is 70% vaccinated so I feel safe”
Intant il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru spjega kif b’dan il-ftuħ kawt, l-AirMalta qiegħda terġa tirranka għas-sajf li ġej.
STEPHEN GAUCI
KAP TAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-AIRMALTA
“Id-domanda hija miż-żewġ naħat, kemm min-naħa tal-wasliet jiġifieri turisti ġejjin Malta, kif ukoll bħala Maltin li jridu jsiefru. Illum it-titjiriet kollha tagħna ġejjin kollha kważi mimlijin u dan jawgura tajjeb għall-futur u l-ġejjieni ta’ das-sajf.”
Dan is-sens ta’ ottimiżmu huwa wieħed li qiegħed jiġi rifless mad-diversi oqsma tal-ekonomija Maltija, b’mod speċjali wara l-ftuħ ta’ aktar stabbilimenti u l-introduzzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin li se jassigura vjaġġar lejn u minn Malta aktar sigur.

Опубликовано:

 

15 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@rosespiteri2363
@rosespiteri2363 3 года назад
thank you
@evelynteuma7626
@evelynteuma7626 3 года назад
A great well done
Далее
MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA
2:46
MINECRAFT CREPPER EXPLODES SHARK PUPPET!
00:15
Просмотров 6 млн
9월 15일 💙
1:23:23
Просмотров 1,1 млн
ŻAGĦŻUGĦ IMUT F’INĊIDENT FIŻ-ŻEJTUN
1:17
Просмотров 2,1 тыс.
TIFTAĦ IL-KONFERENZA ĠENERALI LABURISTA
5:24
IX-XLUKKAJRI ĦADU R-RUĦ.
3:36
Просмотров 4,6 тыс.