Тёмный

L-OPPOŻIZZJONI TITGĦAJJAR, TIPPROVOKA, U TITLAQ ’IL BARRA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
L-Oppożizzjoni telqet ‘il barra mill-Parlament wara seduta mimlija tgħajjir u provokazzjoni fejn ma ħallietx lill-Prim Ministru Robert Abela jagħmel id-diskors tiegħu, tant li d-diskors tal-Prim Ministru dam iktar minn siegħa b’riżultat tal-interuzzjonijiet.
L-Oppożizzjoni ma riditx tibqa’ tiddiskuti għax riedet tmur tagħmel id-diskorsi barra l-Parlament.
Id-deputat Karol Aquilina, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kienu fost dawk li l-iktar li interrompew is-seduta u saħansitra mexxew attakk fuq l-ispeaker għax ma ridux lill-ispeaker iħalli n-naħa tal-Gvern tagħmel emenda għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.
Ħin minnhom, Karol Aquilina deher ċar li beda jiddetta lil Bernard Grech x’għandu jgħid.
Wara dawn l-attakki ħarġu l-barra quddiem folla Nazzjonalista msaħħna minnhom u, hemm Bernard Grech għamel diskors mimli attakki fuq l-ispeaker.
Fil-Parlament, l-Oppożizzjoni ppruvat ma ħallietx lill-Gvern iressaq l-emendi tiegħu għal-mozzjoni li ressqet biex tiġi diskussa l-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.
Din l-emenda fil-mozzjoni tagħti mandat sħiħ u fiduċja sħiħa lill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela biex jieħu l-azzjonijiet kollha meħtiega u l-passi li jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi u fil-fora adatti, hekk kif dejjem għamel, fl-interess tal-poplu kollu, fil-mument opportun u meta jkun għaqli li jsir dan fl-interess nazzjonali.
Dan l-aġir mill-Oppożizzjoni kien konsistenti wkoll hekk kif mal-mument li fis-seduta parlamentari tal-lejla l-Prim Ministru Robert Abela beda jesponi l-qerq tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, fil-Kamra qamet komozzjoni sħiħa hekk kif Adrian Delia beda jgħajjat li l-Prim Ministru għandu jirtira dak li qal meta akkużah li gideb.
Il-Prim Ministru beda jikkwota fejn gideb Delia fl-argumentazzjoni tiegħu, u kull darba Delia beda jgħajjat u b’mod mill-iktar furjuż ma riedx iħalli lill-Prim Ministru jitkellem.
L-attitudni ta’ Delia kienet dik li kien ikollu fil-kampanja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, meta ta’ kuljum kien jattakka lil Daphne Caruana Galizia.

Опубликовано:

 

15 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 3   
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 Год назад
Nies indannati bhal oppozzjoni nazzjonalista fid dinja kollha ma siebx mmkien. il PARTIT LABURISTA GHANDU BZONN LI META IKUN HEMM SEDUTA TAHRAQ ISEJHILNA BIEX NIGU HDEJ IL BINI TAL PARLAMENT BHAL MA JAMLU HUMA. BIEX NIDDEFENDU LIL MALTA TAGHNA MINN DAWN LI JAHSBU LI HUMA PURI.
Далее