Тёмный

LINJI GWIDA PRATTIĊI FIL-ĦAJJA PUBBLIKA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 231
50% 1

ONE.COM.MT • F’laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, innota kif il-linji gwida li għandhom iħarsu l-Membri Parlamentari għandhom jiġu aġġornati għar-realtajiet tal-lum.
KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: PARLAMENT
Irridu li jkollna l-kuraġġ niddiskutu xenarju li jkun realistiku u prattiku. Qal dan il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tal-Parlament.
Din il-laqgħa kienet qed tiddiskuti r-rapport tal-investigazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, rigward każ dwar filmat ippubblikat fuq il-paġna uffiċjali tal-Gvern fuq Facebook. L-ilment kien jgħid li għal tali filmat intużaw, b’mod mhux xieraq, fondi pubbliċi għal pubbliċità personali.
Hawn intervjena wkoll is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, li ta elenku taż-żjarat li l-Prim Ministru deher jagħmel fil-filmat, inkluż fi proġetti ta’ importanza nazzjonali, fosthom l-Iskola Primarja tan-Nadur u ċ-Ċentru Akkwatiku tar-Rabat, Għawdex, kif ukoll deher jattendi laqgħat mal-imsieħba soċjali Għawdxin u n-negozji fix-Xagħra.
Filwaqt li fl-istess laqgħa tal-kumitat Parlamentari kien preżenti l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, li ta rendikont tar-rapport, waqt li l-Ministru Attard irrimarka l-importanza tal-linji gwida b’rabta mal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
JONATHAN ATTARD
MINISTRU
“Irridu nirrikonoxxu kif ġie rikonoxxut di parti tiegħek, Prim Imħallef, fir-rapport preċedenti marbut ma’ ilment relatat mar-reklami, il-fatt li l-linji gwida swew għal xi ħaġa. Aħna tlaqna minn sitwazzjoni fejn kellna saħansitra u ġie spjegat hawnhekk f’dan il-kumitat fejn kellek Ministri taħt amministrazzjonijiet qabel l-2013 li anke jibgħatu magażins b’ritratt front qisek qed tara l-Forbes fi djar tan-nies. Jiġifieri l-linji gwida servew ċertament biex ninfatmu totalment minn dak it-tip ta’ abbuż ta’ fondi pubbliċi, b’reklami ta’ membri tal-eżekuttiv.”
Madankollu, Attard stqarr kif, fid-dawl tal-avvanzi teknoloġiċi preżenti, il-linji gwida jistgħu jtellfu mid-dmir tal-politiku, b’mod partikolari, dak membru tal-eżekuttiv biex jinforma lill-pubbliku bil-ħidma li tkun għaddejja.
JONATHAN ATTARD
MINISTRU
“Il-fatt li jkollok sitwazzjoni fejn, litteralment, membru tal-eżekuttiv, Ministru jew Prim Ministru jew Segretarju Parlamentari, hu x’inhu, ma jistax jidher bl-ebda mod possibbli f’xi reklam jew f’xi ritratt, jiġifieri hemmhekk morna f’estermità li, fil-fehma tiegħi, ma tagħmilx sens.”
Kien, għalhekk, li Dr Attard appella biex il-Parlament jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa ħalli l-linji gwida dwar l-istandards fil-ħajja pubblika jiġu aġġornati għar-realtajiet tal-lum il-ġurnata.

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
Далее
JOSEPH MUSCAT | DISKORS PARLAMENT | 04-05-2016
16:29
Просмотров 10 тыс.
Xarabank - Dibattitu Politiku 10/03
42:58
Просмотров 24 тыс.
Joseph Muscat | Diskors Baġit 2015 | 25-11-2014
2:08:45
ARA L-MUMENT META JASON AZZOPARDI NQABAD
3:59
Просмотров 41 тыс.