Тёмный

MAKARIOS ĦARAB LEJN MALTA 50 SENA ILU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 423
50% 1

ONE.COM.MT • L-Arċisqof Makarios, President ta’ Ċipru bejn l-1960 u l-1974 u l-1974 u l-1977, kien ħarab lejn Malta bħal-lum ħamsin sena ilu wara kolp ta’ stat li qam kontrih fil-gżira fil-Lvant tal-Mediterran.
Makarios, li kellu ħbiberija kbira mal-Prim Ministru Malti ta’ dak iż-żmien, il-Perit Dom Mintoff, kien f’pajjiżna sena qabel għal żjara statali fejn ġew diskussi bosta temi, inkluż il-ftehim li laħaq Mintoff mal-Gvern Ingliż biex pajjiżna jinħeles minn kull bażi militari Britannika sal-1979.
Skont informazzjoni żvelata snin twal wara, jirriżulta li Makarios xtaq ikun jaf kif seta’ jikseb aktar finanzjament mill-Ingliżi għall-bażijiet, li kienu u għadhom jeżistu sal-lum.
Meta fl-14 ta’ Lulju nbeda l-kolp ta’ stat kontrih, Makarios għamel tlett ijiem maħrub fiż-żona muntanjuża ta’ Paphos. Wara li ġie salvat permezz ta’ ħelikopter mill-qawwiet Ingliżi li ħaduh f’bażi militari fil-pajjiż stess, bdew iqumu l-mistoqsijiet fejn kien se jmur minn hemm bħala post sigur u Malta kienet l-għażla awtomatika ta’ Makarios.
Fil-fatt nhar is-17 ta’ Lulju tal-1974, l-Arċisqof ta’ 60 sena twassal b’ta’ fuqu senduqu fil-mitjar Malti fejn intlaqa’ minn Sir Anthony Mamo, li aktar tard dik is-sena kellu jsir l-ewwel President tar-Repubblika Maltija.
Waqt li kellu ċans jirkupra f’pajjiżna, fejn alloġġja fil-Palazz Presidenzjali, Makarios, imbagħad, ipproċeda lejn Londra minn fejn qabad ajruplan għal New York biex jindirizza l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda jumejn wara.
Sadanittant f’Ċipru, ir-ribelli poġġew lil Nikos Giorgiades Sampson ta’ tmienja u tletin sena bħala President minflok Makarios.
Wara li, iżjed tard fl-1974, Makarios irritorna lura f’pajjiżu u mill-ġdid sar il-President tal-pajjiż, Sampson kien għadda ġuri u ntbagħat għoxrin sena ħabs għall-kolp ta’ stat li mexxa fil-pajjiż.
Il-President Ċiprijott miet, aktarx b’attakk tal-qalb, nhar it-3 t’Awwissu tal-1977, waqt li kien għadu fil-kariga. Għall-funeral tiegħu, li sar fil-Katidral ta’ San Ġwann f’Nicosia, attendew mijiet ta’ dinjitarji, waqt li folla ta’ madwar kwart ta’ miljun ta’ ċittadini kienet preżenti.

Опубликовано:

 

15 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Funny Moments You Missed From the G7 Summit in Italy
4:34
Why some people REGRET moving to Malta !
19:01
Просмотров 13 тыс.
Dave Allen - religious jokes
13:20
Просмотров 6 млн
MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA
2:46
LERLAWRI FULL MOVIE EN VE R'U (Release a ni ta!)
9:39