Тёмный

MELLIEĦI JMUT FL-EWWEL INĊIDENT FATALI TAS-SENA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 9 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Il-jum tas-Sibt kien imtappan bl-ewwel inċident tat-traffiku fatali tas-sena li ħasad il-ħajja ta’ Mark Camilleri ta’ sitta u erbgħin sena mill-Mellieħa.
Ir-raġel tilef ħajtu traġikament wara li l-mutur li kien qed isuq fix-Xemxija ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn mara fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar.
KITBA: KYLE MIFSUD
FILMATI: BJORN BONELLO
Mellieħi ta’ 46 sena tilef ħajtu traġikament is-Sibt waranofsinhar wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq fuq il-pont tal-Mistra, fix-Xemxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun meta għal xi raġuni l-mutur tal-għamla KTM misjuq mill-vittma ħabat f’karozza tal-għamla Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ disgħa u erbgħin sena mil-Litwanja u li toqgħod San Pawl il-Baħar.
L-ewwel ma waslu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna kienu membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija li kienu stazzjonati mitt metru ‘l bogħod minn fejn seħħ l-inċident.
Ftit tal-mumenti wara wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ċċertifika lill-Mellieħi mejjet fuq il-post.
Il-mara ngħatat assistenza medika ukoll u ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li kienet qiegħda ssofri minn qatgħa kbira.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ħatar diversi esperti forensiċi u tat-traffiku sabiex jgħinuh fl-investigazzjoni.
Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal diversi sigħat.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Опубликовано:

 

31 янв 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
MHUX ESKLUŻ LI L-ARMI LI NSTABU NTUŻAW F’DELITTI
3:55
Maybe i need to add instructions @popflexactive
00:14
Floriana vs Sliema Final 2024 shootout(1)
7:49
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 17 тыс.
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
ĦAL QORMI JSELLEM LIS-SINDKU MAĦBUB
2:23
Просмотров 6 тыс.
Hiroshima - the unknown images
52:01
Просмотров 4,9 млн
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.