Тёмный

MIN HI MYRIAM SPITERI DEBONO? 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Fis-servizz li jmiss se naraw min hi l-ħdax-il President tar-Repubblika.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
Myriam Spiteri Debono twieldet fir-Rabat, Għawdex, fil-25 ta’ Ottubru tal-elf disa’ mija, tnejn u ħamsin (1952) u għandha wieħed u sebgħin (71) sena.
Hi kienet l-ewwel u l-unika mara li serviet fil-kariga ta’ Speaker tal-Parlament Malti, bejn l-elf disa’ mija, sitta u disgħin (1996) u l-elf disa’ mija, tmienja u disgħin (1998) u saret il-ħdax il-President mindu pajjiżna sar Repubblika f’Diċembru tal-elf disa’ mija, erbgħin u sebgħin (1974).
Hi attendiet l-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, u wara marret l-Iskola Sekondarja fl-istess lokal. Wara kompliet bl-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta, fejn l-ewwel iggrawdat b’Baċċellerat fl-Ingliż u wara ggradwat fil-Liġi.
Fil-professjoni tagħha, Spiteri Debono ħadmet bħala nutara, u hi sew magħrufa li tat servizzi bla ħlas lil min kien fil-bżonn, waqt li għenet bosta studenti waqt iż-żmien tal-prattika tagħhom.
Fil-karriera politika tagħha, Spiteri Debono kkontestat erba’ elezzjonijiet ġenerali mal-Partit Laburista, dawk li saru bejn l-elf disa’ mija, wieħed u tmenin (1981) u l-elf disa’ mija, sitta u disgħin (1996).
Għal madwar tliet snin, bejn l-elf disa’ mija, tlieta u disgħin (1993) u l-elf disa’ mija, sitta u disgħin (1996), Spiteri Debono serviet ukoll bħala President tal-Għaqda Nisa Laburisti, illum magħrufa biss bħala Nisa Laburisti.
Meta f’Ottubru tal-elf disa’ mija, sitta u disgħin (1996) il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Alfred Sant, ippropona lil Spiteri Debono biex tkun Speaker tal-Parlament fejn kien hemm qbil unanimu fil-Parlament dwar il-ħatra tagħha.
Sal-lum, hi għadha l-unika Speaker mara li kellu pajjiżna.
F’diskors li għamlet dakinhar, kienet qalet li l-għażla tagħha hi xhieda tal-impenn tal-pajjiż biex ikun hemm il-preżenza attiva tan-nisa fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż.
In-Nutara Spiteri Debono, li għall-aħħar snin għexet f’Birkirkara, hi miżżewġa lil Anthony u għandhom tlett itfal - Elena, George u Maria Christina. Hi wkoll nanna ta’ erbgħa - Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.
Mil-lum, Spiteri Debono tibda sservi bħala l-ħdax-il President tar-Repubblika.
Interessanti l-fatt li Spiteri Debono hi wkoll l-ewwel mara Għawdxija, li qed tokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Istat u t-tielet President mara wara Agatha Barbara u Marie-Louise Coleiro Preca qabilha, li wkoll kienu nnominati fi żmien Gvernijiet Laburisti.

Опубликовано:

 

6 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Chris Bonett lays out ideas on how to ease traffic
38:10
Women’s Goalkeepers + Men’s 🤯🧤
00:20
Просмотров 2,1 млн
Find The Real MrBeast, Win $10,000
00:37
Просмотров 37 млн
When Royal Guards Fight Back!
8:08
Просмотров 5 млн
MIN HI MYRIAM SPITERI DEBONO?
2:58
Просмотров 2,2 тыс.
FESTA TAN-NIES GĦALL-ĦATRA TA’ SPITERI DEBONO
4:10
St.paul's bay of yesteryear
8:38
Просмотров 527
IL-PRESIDENTI F’50 SENA REPUBBLIKA
7:55
Просмотров 556
Similarities Between Arabic and Sicilian
14:11
Просмотров 1,4 млн
GEORGE ABELA
6:39
Просмотров 10 тыс.
Women’s Goalkeepers + Men’s 🤯🧤
00:20
Просмотров 2,1 млн