Тёмный

OMMU KIENET ĦARĠITLU L-FLUS BIEX JITWAQQAF IL-PARTIT LABURISTA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • U fl-okkażjoni tal-mitt sena ilu mit-twaqqif tal-Partit Laburista, tkellimna man-neputi ta’ wieħed mill-fundaturi ta’ dan il-partit.
Fis-servizz li jmiss insegwuh l-istorja sabiħa tat-twaqqif ta’ dak li llum huwa l-akbar partit f’Malta.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: BJORN BONELLO / ARKIVJI
“Mitt sena ilu. Tnax-il raġel iltaqgħu f’din it-triq, propju fi Triq San Ġwann il-Belt, fejn huma ħarġu ħamsa u għoxrin lira kull wieħed sabiex iffurmaw dak li llum huwa magħruf il-Partit Laburista.”
Ħafna minn dawn it-tnax kienu ħaddiema t-tarzna, bi ftit minnhom kienu ġejjin minn setturi oħra, fosthhom Ġianni u Robert Bencini, tewmin mill-Belt Valletta.
Gianni kien benestant, filwaqt li Robert kien wieħed mill-ftit trade unjonisti li kien hawn f’pajjiżna.
John Bencini, li nannuh huwa Ġanni Bencini spjega kif nannuh kien jirrakkontalu l-ġrajjiet ta’ kif beda l-Partit Laburista u li kellhom għan wieħed.
JOHN BENCINI
NANNUH KIEN WIEĦED MILL-FUNDATURI TAL-PL
“Dawn kienu jiltaqgħu l-Belt għax ħafna minn tat-tarzna kienu joqogħdu l-Belt, kienu jiltaqgħu ta’ spiss il-Belt. Jiltaqgħu fit-toroq, f’xi bars jew xi ħanut u dejjem magħhom tberren fuq il-ħaddiema.”
Mitt sena ilu, f’Malta kien jirrenja l-faqar u diversi inġustizzji soċjali maż-żgħir u l-batut. Kienu żminijiet diffiċli hekk kif il-Maltin kien se jkollhom kostituzzjoni ġdida, dik tas-Self-Government wara li erba’ Maltin mietu fl-irvellijiet tas-Sette Giugnio. B’dawn l-irġiel ma felħux aktar jaraw dawn l-inġustizzji u b’hekk welldu l-‘Camera del Lavoro’, illum il-Partit Laburista.
JOHN BENCINI
NANNUH KIEN WIEĦED MILL-FUNDATURI TAL-PL
“Nies bħan-nannu u l-oħrajn kollha ma felħux jaraw iżjed il-ħaddiema trattati bl-iktar mod ħażin, ħażin ħafna, qishom ma jeżistux, qishom huma zero fil-pajjiż u riedu jagħmlu xi ħaġa. Kellhom biex ngħidu hekk qalbhom kellhom, bdew jiltaqgħu u bdiet tinbett, biex ngħidu hekk iż-żerriegħa tal-imħabba lejn il-ħaddiem.”
In-neputi ta’ Gianni Bencini qal magħna kif wara ftit dawn il-fundaturi tal-partit bdew jiltaqgħu fid-dar ta’ Ġianni u Robert Bencini fi Triq Levante l-Belt, sakemm ftit xhur infetaħ l-ewwel każin tal-Partit tal-Ħaddiema li llum floku hemm il-każin ta’ Valletta FC, fi Triq Santa Luċija.
Bencini qal kif kienet omm Ġianni u Robert, Karmena Bencini li ħarġet il-flus sabiex dan infetaħ u l-partit beda jikber.
Ġianni kien ukoll l-ewwel editur tal-ewwel gazzetta maħruġa mill-Partit Laburista, il-Cotra fejn neputih qaralna biċċa mill-ewwel artiklu li kiteb nannuh f’din il-gazzetta fejn iddeskriva l-irwol ta’ dan il-partit il-ġdid.
JOHN BENCINI
NANNUH KIEN WIEĦED MILL-FUNDATURI TAL-PL
“Il-partit twaqqaf bil-kuraġġ u bil-ħila ta’ ftit nies onesti, qalbiena u ħanina, mit-tarzna u barra t-tarzna. Il-partit twaqqaf għax ħadd qatt ma ħaseb kif tassew għandu jaħseb biex iġibu ‘l quddiem liġijiet ħalli l-ħaddiem jeħles mill-jagħsar li kien jinsab fih. Għaldaqstant kien meħtieġ li jsir il-partit li jkun tassew il-Partit tal-Ħaddiema.”
Għaddew mitt sena, Anton Agius, stampatur; Guliermu Arena, ġurnalist; Carmelo Bonello, ħajjat; Gejtanu Bonello, skrivan; Mikiel Borg, negozjant; Mikielanġ Borg, editur; Agostino Matrenza, arġentier; Anton Schembri, inċiżur; Ġjacintu Tua, Prokuratur Legali; Salvu Zammit Hammett, elettriċista, Robert Bencini, trejdunjonista u Ġanni Bencini, benestant.
Malta troddilkom ħajr.

Опубликовано:

 

15 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
How the Most Elite Spy Agency Operates
22:42
Просмотров 1,9 млн
IL-PN BLA PRE-BUDGET U ANKE BLA APOLOĠIJA
3:45
Million jamoasi - Amerikaga sayohat
12:37
Просмотров 220 тыс.
How Albania Became the EU’s Favourite Neighbour
9:42
The Chris Hedges Report: Noam Chomsky, Pt 1
30:08
Просмотров 201 тыс.
L-EWWEL STUDENTI ĊINIŻI FI SKOLA MALTIJA
1:56