Тёмный

PRESEPJU BBAŻAT FIL-BIRGU MIŻGĦUD B’PERSONAĠĠI MAGĦRUFIN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Birgu u l-persuni magħrufin huma l-pasturi li jagħtu l-ħajja lil presepju b’dettall spettakolari, li ilu jinbena għal dawn l-aħħar sena u disa’ xhur.
Il-presepju huwa ambjentat propju fejn il-Knisja ta’ San Lawrenz fil-belt rebbieħa.
KITBA: MATTHEW FARRUGIA
FILMAT: DYLAN CARUANA
Ġorġ tal-Mużew u s-Sindku tal-Birgu fost il-pasturi fi presepju oriġinali fil-Birgu - title portal
Iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu huwa l-post li serva bħala x-xena tal-presepju ta’ Charles Callus, presepju miżgħud b’bosta personaġġi mill-Birgu.
ONE News tkellem ma’ Callus fil-belt tal-Birgu, fejn stqarr kif dan il-proġett beda f’Marzu tal-elfejn u għoxrin, u kien l-ewwel presepju li bena f’għoxrin sena.
Huwa spjega kif minbarra persuni magħrufa bħas-Sindku tal-Birgu, hemm ukoll l-għeżież tiegħu, fosthom il-kunjati. Apparti minn hekk huwa poġġa wkoll lil missieru, li kien l-aħħar sajjied fil-Birgu, u anke pastur tiegħu innifsu meta kien żgħir.
Callus stqarr li l-aktar persuni magħrufin mill-Belt Vittorjosa, poġġiehom bħala t-tliet slaten maġi, u jinkludu lil Ġorġ tal-Mużew jew kif inhu magħruf bħala l-Għannej tal-Mulej, u Lorry ta’ Doda, li kien magħruf li kellu qalbu tad-deheb.
CHARLES CALLUS
ĦOLOQ PRESEPJU ORIĠINALI
“Kien bniedem li kien jagħmel ħafna karità, u għalhekk poġġejnih bid-deheb. Ġorġ, li Malta kollha tafu, però ftit jafu li hu mill-Birgu, l-Għannej tal-Mulej. Billi kien iżur ħafna lill-morda, iddeċidejt li npoġġih bil-mirra.”
Charles sostna li minkejja li ilu jaħdem fuq il-presepju għal dawn l-aħħar sena u disa’ xhur u fih dettall spettakolari, dan għadu mhux lest.
CHARLES CALLUS
ĦOLOQ PRESEPJU ORIĠINALI
“Il-prodott għadu mhux finali. Il-prodott ikun finali sena oħra. Nibnu l-Knisja, it-tela’ tax-xatt sal-Vittorja. Però sodisfazzjon li jiġu n-nies u tara l-anzjani joħorġu bid-dmugħ f’għajnejhom għax jaraw xi ħabib tagħhom, tgħid dak li għan li kellek meta ħsibtu dat-tip ta’ presepju, ilħaqtu.”

Опубликовано:

 

2 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
UŻU INNOVATTIV TAL-MIŻBLA FLOK TITKABBAR
2:11
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
Просмотров 3,1 тыс.
SITWAZZJONI TAL-BIŻA’ FIL-LVANT NOFSANI
3:22
Festa san lawrenz Birgu
5:17
Просмотров 180