Тёмный

PROĠETT PILOTA GĦAL AKTAR SOSTENIBBILITÀ FL-ILMA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 318
50% 1

ONE.COM.MT • Proġett pilota mniedi mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se jgħin lill-għaqdiet volontarji jtejbu l-operat tagħhom billi jinstallaw sistema li tidentifika telf ta’ ilma mingħajr ħlas.
L-inizjattiva, li se tiftaħ f'nofs dan ix-xahar, se tipprovdi lil min japplika u jintgħażel, apparat li jiswa madwar ħames mitt ewro biex jgħin fil-monitoraġġ tal-ilma u jidentifika telf ta’ ilma.
L-għan ta’ dan il-proġett pilota hu li jifhem aħjar kif l-għaqdiet volontarji jistgħu jnaqqsu l-ħela tal-ilma. Dan l-apparat se jkun integrat mat-tankijiet tal-ilma fil-binja tal-għaqda, u se jimmonitorja kontinwament l-ilma u jidentifika jekk ikunx hemm telf ta’ ilma.
Dan tħabbar waqt żjara mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Manuel Sapiano.
Fil-Palazz ta’ Santa Marija fl-Imqabba, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Gorg V, uriet l-investiment li għamlet f’operazzjonijiet sostenibbli grazzi għall-appoġġ tal-Aġenzija.
Din l-għaqda volontarja kienet waħda minn 40 organizzazzjoni li bbenefikaw minn skemi offruti mill-istess Aġenzija fl-aħħar sentejn.
Il-Kap Eżekuttiv Manuel Sapiano qal li huwa inkoraġġanti jara l-interess dejjem jikber fl-iskemi tal-Aġenzija mmirati lejn għaqdiet volontarji.
MANUEL SAPIANO
KAP EŻEKUTTIV, EWA
“Din l-iskema se tinvesti permezz ta’ tagħmir żgħir li jitwaħħal fil-pajpijiet tal-ilma, fejn l-ilma jkun nieżel minn fuq it-tank ta’ fuq il-bejt u dan it-tagħmir jinduna jekk hemmx leakages fis-sistema tal-binja li tuża l-għaqda volontarja.”
Il-Ministru Dalli ħeġġet lill-għaqdiet volontarji biex jagħmlu użu minn prattiċi sostenibbli u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu fil-konservazzjoni tar-riżorsi.
MIRIAM DALLI
MINISTRU
“Meta rajna l-interess li kien hemm mill-għaqdiet volontarji, l-impenn tagħna huwa li nkomplu ngħinu lil kemm jista’ jkun għaqdiet volontarji biex anki huma jkunu parti minn din it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, enerġija aktar nadifa li qegħdin nagħmlu bħala pajjiż.”
L-applikazzjonijiet għal din l-inizjattiva ġdida se jibqgħu miftuħa sat-13 ta’ Settembru.

Опубликовано:

 

3 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Anton Refalo jgħid li hu "l-ħaruf tas-sagrifiċċju"
13:46
МАЛОЙ ГАИШНИК
00:35
Просмотров 553 тыс.
IX-XLUKKAJRI ĦADU R-RUĦ.
3:36
Просмотров 4,7 тыс.
"Sagħtejn oħra u stajt immut" - Trevor Thomas
3:53
Intervista: Difen qattusa mejta imma “rxuxtat”
5:19
INAWGURAT IL-PROĠETT TAL-MARSA JUNCTION
2:46
Просмотров 2,4 тыс.
EBDA PROVA FUQ ALLEGAZZJONIJIET FOLOZ
3:27
Просмотров 4,7 тыс.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
Просмотров 3,1 тыс.
Duminku Mintoff fuq il grajja tan 1998 7
9:26
Просмотров 11 тыс.
UK Property Just Changed FOREVER
11:28
Просмотров 667 тыс.