Тёмный

RENO CALLEJA JFAKKAR L-MEMORJA TA’ MINTOFF 10 SNIN MINN MEWTU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,8 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Fl-għeluq l-għaxar snin mill-mewt tal-mibki eks Prim Ministru Laburista, il-perit Duminku Mintoff, ONE News kellu intervista emozzjonali ma’ persuna li ħadmet id f’id miegħu.
Reno Calleja, eks Ministru tat-Turiżmu fi żmien meta Mintoff kien Prim Ministru ta’ Malta.
Reno qasam diversi stejjer li kellu ma’ Mintoff li dejjem xprunawh jibqa’ miexi ’l quddiem b’ħajtu, liema stejjer baqa’ jġorrohom f’qalbu ħajtu kollha.
KITBA: SHANAYA FARRUGIA
FILMATI: CHRIST BORG / ARKIVJI
“Reno, boxer tajjeb jaqla’ daqqa, jqum minn fuq il-kanvas u jinnokja l-avversarju”
Din is-sentenza ta’ kuraġġ baqgħet ittimbrata f’moħħ Reno Calleja.
Sentenza li qallu l-eks Prim Ministru ta’ Malta l-Perit Duminku Mintoff.
Hekk tenna ma’ crew ta’ ONE News Calleja nnifsu, eks Ministru tat-Turiżmu bejn l-1981 u l-1983, waqt intervista li timmarka l-għaxar snin mill-mewt tal-mibki Duminku Mintoff.
Reno qalilna kif fiż-żmien li fih hu kien Ministru, ma kienx kollox ward u żahar però għamel diversi miżuri li bidlu l-ekonomija tal-pajjiż.
RENO CALLEJA
EKS MINISTRU TAT-TURIŻMU
“Ija jien meta dħalt bħala Ministru tat-Turiżmu, is-sitwazzjoni f’Malta kienet kerha ħafna. Għamilt ħafna riformi pereżempju introduċejt il-classifications tal-hotels, dik jien għamiltha u għamilna l-Forward Bind Grade, li bis-saħħa tagħha it-turisti għalkemm naqsu baqgħu jiġu.”
Reno Calleja qasam magħna storja ta’ qsim il-qalb meta fl-1982, fl-aqwa tal-karriera tiegħu, huwa ma ntagħżilx biex ikun parti mill-kabinett. Huwa ma felaħx l-għajdut li beda jinxtered fuqu min-Nazzjonalisti, u qal lil Sina, il-mara tiegħu, li ried jemigra lejn l-Awstralja.
RENO CALLEJA
EKS MINISTRU TAT-TURIŻMU
“F’Settembru fl-82, ġie Carmel Mifsud Bonnici qalli isma Mintoff se jbiċċer il-kabinett u int mhux se tkun parti mill-kabinett. Mhux li spiċċajt minn Ministru imma li n-Nazzjonalisti bdew ixerdu li jiena sraqt. ”
Reno, bid-dmugħ f’għajnejh, qal li fl-aħħar Mintoff tah l-ikbar rigal li xtaq, jgħid li huwa nadif u innoċenti.
RENO CALLEJA
EKS MINISTRU TAT-TURIŻMU
“Jien għamilt speech fejn edtlu nirringrazzjak li jien tifel ta’ ħaddiem minn familja ta’ erbatax għamiltni ministru, edtlu jiena lest li nibqa’ leali lejn il-partit u nservi lill-partit. U qam Mintoff u għamel speech fejn qal li jiena nadif. Dik kompliet xprunatni biex inkompli naħdem għall-partit u għall-pajjiż. U meta Mintoff sema’ li jiena muġugħ bagħat għalija u għal Sina biex nieklu u ġibidni fil-ġenb u qalli Reno, boxer tajjeb jaqla’ daqqa, jqum minn fuq il-kanvas u jinnokja l-avversarju.”
Għal Reno, Mintoff kien raġel b’qalb kbira u kuraġġuż li mhux biss ġab il-ħelsien f’pajjiżna imma ġab il-libertà tal-ħsieb.
RENO CALLEJA
EKS MINISTRU TAT-TURIŻMU
“ Ara Mintoff huwa bniedem ta’ viżjoni li jara l-bogħod u kuraġġuż u għalija jien il-kobor ta’ Mintoff, mhux li ġab il-ħelsien veru u għamel lil Malta minn strument ta’ gwerra ġabu strument ta’ paċi imma li ta’ l-libertà tal-ħsieb.
Reno Calleja għadda messaġġ b’saħħtu liż-żgħażagħ u lill-politikanti biex iħobbu lil Malta daqs kemm ħabbha l-perit Duminku Mintoff.
RENO CALLEJA
EKS MINISTRU TAT-TURIŻMU
“U jiena nittama li ż-żgħażagħ tallum u l-mexxejja tallum jiġu spirati mill-imħabba li kellu Mintoff għall-pajjiżna u fuq kollox iżommu lil Malta ħielsa.”

Опубликовано:

 

16 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Dom Mintoff,l-arkitett ta' Malta ħielsa.
7:11
Просмотров 23 тыс.
ОТПРАВЬ СВОЕЙ ЛП/ЛД
00:10
Просмотров 139 тыс.
How the Most Elite Spy Agency Operates
22:42
Просмотров 1,9 млн
Why the UK is Giving Up the Chagos Islands
9:48
Просмотров 228 тыс.
FRAMEWORK MALTI “ROBUST” GĦALL-INSIB
2:31
Duminku Mintoff fuq it-28 ta' April, 1958
5:41
Просмотров 25 тыс.
ОТПРАВЬ СВОЕЙ ЛП/ЛД
00:10
Просмотров 139 тыс.