Тёмный

RUMENA ARRESTATA B’RABTA MA’ PICKPOCKETING 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 964
50% 1

ONE.COM.MT •
Mara ġiet arrestata b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet minn fuq turisti li fihom, allegatament, serqet ammont ta’ flus kontanti li jammonta għal aktar minn sebat elef ewro.
Il-mara tifforma parti minn grupp ta’ ċirku ta’ kriminalità organizzata li jwettaq serq minn fuq persuni li jinġabru f’postijiet turistiċi.
RUMENA ARRESTATA B’RABTA MA’ PICKPOCKETING
F’festa pubblika, tressqet il-Qorti u nżammet arrestata Petronela-Claudia Ciubotario - Rumena ta’ wieħed u erbgħin sena li ġiet mixlija b’numru ta’ serqiet ta’ pickpocketing.
Hija ġiet arrestata tard il-Ħamis filgħaxija, wara sensiela ta’ investigazzjonijiet intensivi.
Ir-Rumena wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-mara tifforma parti minn grupp ta’ ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali li jwettaq pickpocketing fuq persuni li jinġabru f’postijiet turistiċi, li jużaw il-folol bħala għodda minn fejn jisirqu minn fuq il-vittmi tagħhom.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li bejn it-tmienja u t-tlieta u għoxrin ta’ Ġunju, il-mara - li qalet li taħdem bħala nail technician, wettqet aktar minn għoxrin serqa.
Fil-mira tagħha kellha turisti, l-iktar fil-Belt Valletta, l-Imdina u San Pawl il-Baħar, fejn kienet tisraq il-kartieri jew portmonijiet bil-flus.
Fil-fatt, hija ppruvat saħansitra tuża karti ta’ kreditu, filwaqt li ġiet mixlija wkoll b’ħasil ta’ flus.
B’kollox insterqu sebat elef u ħamsa u għoxrin ewro minn fuq il-vittmi.
L-investigazzjonijiet wasslu biex ġiet stabbilita l-identità tal-mara - fosthom minn filmati minn kameras tas-sigurtà.
Hija ġiet arrestata fl-ajruport, meta kienet se tipprova titlaq mill-pajjiż.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia, intqal li l-imputata kienet akkumpanjata minn persuna oħra, iżda din laħqet telqet mill-pajjiż.
F’dan l-istadju ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u b’hekk inżammet arrestata.
Barra minn hekk, il-Prosekuzzjoni għamlet talba għall-iffriżar tal-assi - liema talba ntlaqgħet mill-Qorti.

Опубликовано:

 

30 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@MrRon148
@MrRon148 3 месяца назад
Proset lil pulizija li jghamlu xogholhom.
Далее
# Rural Funny Life Wang Ge
00:18
Просмотров 760 тыс.
#慧慧很努力#家庭搞笑#生活#亲子#记录
00:11
FEARNE JIRRIŻENJA MINN DPM - TILEF IL-PAJJIŻ
3:17
Просмотров 1,9 тыс.
Mark Xuereb | Il- Missjoni ta' Mark Xuereb
5:24
Kurunella tal Immakulata’ Kuncisjoni ta' Lourdes
6:54
HTIJA TA' MARA - Elio Lombardi
1:38:31
Просмотров 16 тыс.
TOP 5 Singing Auditions on BGT 2024!
39:41
Просмотров 3,1 млн
AZZOPARDI ĦATI LI GIDEB FUQ CARMELO ABELA
2:19