Тёмный

SE JITNIEDA QAFAS TA’ POLITIKA GĦAT-TFAL - IL-PM 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 174
50% 1

ONE.COM.MT • Waqt l-għeluq tal-Konvenzjoni tal-Eurochild li tlaqqgħet f’Malta f’dawn il-jiem, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li, fil-ġimgħat li ġejjin, se jiġi ppublikat il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal sal-elfejn u tletin li se jkun ifisser kwalità tal-ħajja aħjar għall-familji.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: OPM
Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi ppubblikat dokument finali b’Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030 wara li dokument inizjali marbut ma’ dan kien miftuħ għall-konsultazzjoni, fejn daħlu ’l fuq minn mitejn sottomissjoni mit-tfal u ħamsa u tletin sottomissjoni oħra min-nies u entitajiet li huma stakeholders fil-qasam.
Dan sostnih il-Prim Ministru Robert Abela f’indirizz li għamel f’għeluq il-konvenzjoni Eurochild, li tlaqqgħet f’Malta f’dawn il-jumejn b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Maltija għall-Ġid tas-Soċjetà.
Iċ-Chairperson ta’ din il-Fondazzjoni, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, hi wkoll il-President tal-Bord Amministrattiv tal-Eurochild, organizzazzjoni internazzjonali li tiġbor fi ħdanha għaqdiet differenti fl-Ewropa li jaħdmu mat-tfal.
Il-Prim Ministru saħaq li dan il-Qafas tal-Politika għat-Tfal għandu jaħdem id f’id mad-direzzjoni importanti li qed jagħti l-Gvern favur il-kwalità tal-ħajja tal-familji.
Dan hekk kif jitkellem fuq temi komuni li qajmu t-tfal stess, fosthom il-kwalità tal-ħin mal-familja, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni, fost oħrajn.
Qal li, id f’id ma’ dan ix-xogħol li qed isir, hemm il-Pjan t’Azzjoni Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal, li fih hemm miżuri importanti li l-Gvern b’ruħ soċjali qed jimplimenta biex ikompli jindirizza realtajiet soċjali.
Hawn innota kif nofs il-miżuri soċjali f’dan il-Pjan t’Azzjoni qed jiġu implimentati f’oqsma kruċjali, bħas-sigurtà soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.
Fil-konvenzjoni tal-Eurochild, il-Prim Ministru Robert Abela qal li pajjiżna jrid jibqa’ miftuħ u jkompli jagħti spazju lill-vuċijiet tat-tfal.
Dr Abela temm jgħid li t-tfal mhumiex biss il-preżent u l-futur, iżda l-bażi tas-soċjetà Maltija li rridu nibqgħu nagħtuhom kull appoġġ biex il-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż ikun isbaħ.

Опубликовано:

 

4 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Similarities Between Arabic and Sicilian
14:11
Просмотров 1,4 млн
Noam Chomsky - Why Does the U.S. Support Israel?
7:41
НЕ БУДИТЕ КОТЯТ#cat
00:21
Просмотров 600 тыс.
HA-HA-HA-HA 👫 #countryhumans
00:15
Просмотров 3,1 млн
Kellymni: Episodju 20 - Sefora Aquilina
1:05:13
Просмотров 10 тыс.
The Surprising Solutions to the World's Water Crisis
24:02
MIĊĦUD MANDAT DWAR IL-HUB TAS-SAĦĦA
3:29
Adrian Delia jġib fix-xejn l-argumenti ta' Muscat
3:50