Тёмный

SKEMA BIEX TGĦIN LILL-GĦAQDIET BI PROĠETTI TA’ TEKNOLOĠIJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 99
50% 1

ONE.COM.MT • Ġiet imnieda skema b’allokazzjoni ta’ €300,000, fejn għadd ta’ għaqdiet volontarji diġà rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta’ ħafna nies fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex, b'użu aħjar tas-suġġetti tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u l-Matematika.
KITBA: ANDREW SPITERI
FILMATI: DORIAN BORG
Ġiet imnedija skema mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fejn din se tkun qed tara li jibqgħu jitwasslu s-suġġetti tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika, aktar magħrufa bħala s-suġġetti STEM, kemm jista’ jkun fil-komunitajiet u għand in-nies.
Permezz ta’ dan il-Fond, għadd ta’ għaqdiet volontarji rnexxielhom iwettqu proġetti li jtejbu l-ħajja ta’ ħafna nies fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex. Għal din is-sena hemm allokat total ta’ €300,000 u kull proġett se jkun eliġibbli għal massimu ta’ €8,000.
Tkellimna ma’ Jurgen Buhagiar, fejn sjega kif dawn il-fondi, qed jiġu nvestiti fi proġetti fejn qed titlaqqa’ l-isports mat-teknologija. Spjega kif permezz ta’ sistemi anke ta’ moniteraġġ u taħriġ, b’mod diġitali qed ikun stabbilit portafoll fuq l-individwi li jitħarġu mal-klabb fejn l’quddiem jista’ jintuża dan l-istess portafoll mill-klabbs il-kbar meta jkunu qed ifittxu plejers ġodda.
Semma kif se jinxtraw anke sistemi ta’ VR biex joffru esperjenza differenti lill-individwu li jitħarreġ magħhom.
JURGEN BUHAGIAR
FC HAMRUN AMATEURS
“Kull għaqda jkollha il-proġetti tagħha li finalment wieħed jagħmel matul is-sena, u kif nafu l-għaqdiet voluntarji l-aktar parti kruċjali hija kif se tqassam il-budget. Bil-għajnuna ta’ din l-iskema, wieħed jista’ jippjana aħjar u anke jagħmel proġetti ambizzjużi kif għamilna dis-sena, u ovjament inħarsu l’quddiem biex dis-sena ukoll nerġgħu noħolqu proġett ambizzjuż biex finalment tgawdi l-komunità fejn ngħixu.”
Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal kif din l-inizjattiva diġà ħalliet impatt pożittiv fil-komunitajiet, b’għadd ta’ għaqdiet volontarji diġà gawdew minn din l-iskema u rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta’ ħafna nies.
Huwa ħeġġeġ biex aktar għaqdiet volontarji japplikaw għall-fondi minn din l-iskema sabiex iwettqu aktar proġetti fil-komunitajiet.
KEITH AZZOPARDI TANTI
SEGRETARJU PARLAMENTARI
“Qed inpoġġu s-somma ta’ €300,000 għad-diżposizzjoni tal-għaqdiet volontarji sabiex jiġu mplimentati proġetti fi ħdan il-komunità għand in-nies fis-soċjetà tagħna. Kellna l-opportunità fis-snin passati inżuru diversi proġetti, nafu kemm kienu proġetti tajbin, u saħansitra għamlu bidliet pożittivi u se nkun qed inħares ’l quddiem li fi ftit tax-xhur oħra nerġa’ nżur diversi proġetti sabiex inkunu qed naraw il-ġid li jkun qed isir.”

Опубликовано:

 

15 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-PN BLA PRE-BUDGET U ANKE BLA APOLOĠIJA
3:45
87,000 BIT-TILQIMA TAL-INFLUWENZA FL-2023
2:32
St.paul's bay of yesteryear
8:38
Просмотров 819
FRAMEWORK MALTI “ROBUST” GĦALL-INSIB
2:31