Тёмный

SUĊĊESS GĦAT-TIENI MEDITERRANE FILM FESTIVAL 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 288
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Ħadd filgħaxija ntemmet it-tieni edizzjoni tal-Mediterrane Film Festival, biċ-ċerimonja tal-Golden Bee Awards, li saret fil-Forti Manoel u kienet ippreżentata mill-attur komiku famuż Ingliż David Walliams.
F’din iċ-ċerimonja, li ġibdet l-attenzjoni vasta tal-midja barranija, ħadu sehem numru ta’ artisti internazzjonali, fosthom Calum Scott, u anke t-tenur Malti Joseph Calleja, l-Orkestra Golden Bee u l-kor tat-tfal.
Il-kittieb-direttur rebbieħ tal-BAFTA u nnominat għal seba’ darbiet għal Oscar, Mike Leigh, ingħata l-premju tal-Career Achievement Award, waqt li l-Lifetime Achievement Award ingħata lill-kordinatriċi veterana tal-produzzjoni, Rita Galea.
Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, David Walliams qal li Malta daħlet f’qalbu għal numru ta’ raġunijiet.
DAVID WALLIAMS
ATTUR U KOMIKU
“I’m really happy. There is a connection with Britain, is it here?! Because, you know Britain had a presence here throughout its history, so people are very welcoming.”
L-eks plejer internazzjonali tal-futbol Patrice Evra wkoll tkellem dwar l-ewwel esperjenza sabiħa tiegħu f’Malta.
PATRICE EVRA
EKS PLEJER TAL-FUTBOL
“First time ever in Malta and not the last time. I think it’s just amazing: the hospitality, the people and I didn’t understand why I didn’t come earlier. So, I need to come back really soon. I couldn’t believe the film ‘Gladiator’ was filmed in Malta, like ‘Jurassic World’, this is amazing, and I didn’t know, ‘Game of Thrones’. So is many like big movies that film in Malta. So, that’s why I encourage people to come more here and to understand how it works, it’s just a beauty.”
Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono, li, f’diskors tal-okkażjoni, enfasizzat dwar kif il-promozzjoni kontinwa tal-industrija tal-films hi ta’ importanza primarja.
Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech sostna li t-titjib tal-ħiliet u l-attrazzjoni ta’ aktar films lejn pajjiżna jibqa’ essenzjali f’industrija li, aktar ma tmur, aktar qed tikkontribwixxi qatigħ għall-ekonomija nazzjonali.
JOHANN GRECH
KUMMISSARJU TAL-FILMS
“Making sure that Malta keeps attracting more film makers to our islands, to produce more films. This is our story and I believe that the Mediterrane Film Festival is a marketing tool that reach out to the world, to keep us positioning ourselves on the global map and also, to keep on attracting more studios and more film makers to produce here in Malta.”
Il-Golden Bee Awards taw rikonoxximent lil bosta produzzjonijiet, atturi u diretturi fuq skala internazzjonali.

Опубликовано:

 

16 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
Далее
IL-PN BLA PRE-BUDGET U ANKE BLA APOLOĠIJA
3:45
Собираю Маню к осени ✨
00:48
Просмотров 1,1 млн
FRAMEWORK MALTI “ROBUST” GĦALL-INSIB
2:31
IMWETTQA 84% TAL-MIŻURI TAL-BAĠIT 2024
1:33