Тёмный

TIBDA L-AĦĦAR FAŻI TAT-TĦAFFIR TAL-MINA L-ĠDIDA ĦDEJN L-AJRUPORT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Bdiet l-aħħar fażi tat-tħaffir tal-mina ġdida ħdejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-aġenżija Infrastruttura Malta għadha kif tellgħet pont tal-azzar fuq il-mina l-ġdida tar-roundabout tal-ajruport, li qed tibni bħala parti mill-Kirkop Tunnels u mill-Airport Intersection Project.
Dan il-proġett, flimkien mal-Luqa Junction Project, se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa erbgħa u sebgħin fil-mija f’kull direzzjoni tul din ir-rotta.
KITBA: FRANCESCO BORG
FILMATI: CHRIS BORG / IM
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenżija tal-Gvern Infrastruttura Malta tellgħet pont tal-azzar twil 19-il metru fuq il-mina l-ġdida tar-roundabout tal-ajruport, li qed tibni bħala parti mill-Kirkop Tunnels u mill-Airport Intersection Project.
Il-Kap tat-Taqsima Proġetti, il-Perit Walter Portelli, spjega li fuq dan il-pont, li jiżen sitta u tletin tunnellata, l-aġenzija se tgħaddi erba’ pajpijiet ewlenin tal-provvista tal-ilma.
WALTER PORTELLI
IL-KAP TAT-TAQSIMA PROĠETTI TAL-INFRASTRUTTURA MALTA
"Struttura tal-ħadid, struttura ta' madwar ħamsa u tletin tunnellata ta' ħadid biex minn fuqha nkunu nistgħu naqsmu l-mejns tal-ilma."
Dan il-proġett se joffri joffri konnessjonijiet eħfef u b’inqas periklu lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq, u Ħal Safi kif ukoll għal inħawi oħrajn fil-viċinanzi.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tar-roundabout tal-Gudja u flyover li se tgħaddi minn fuqha, kif ukoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar.
Se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija.
Il-mina l-ġdida se toħloq konnessjoni diretta u aktar sigura bejn il-karreġġjati tan-nofsinhar u tat-tramuntana ta’ Vjal l-Avjazzjoni u dawk ta’ Triq Ħal Far.
B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin f’din ir-rotta, inklużi vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout.
Dan il-proġett, flimkien mal-Luqa Junction Project, li qed jinbena biswitu, se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa erbgħa u sebgħin fil-mija f’kull direzzjoni tul din ir-rotta.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Proġetti u l-Implimentazzjoni, il-Perit Raphael Abdilla stqarr li dawn iż-żewġ proġetti ser jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-inċidenti tat-traffiku, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts.
RAPHEAL ABDILLA
ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV TAL-PROĠETTI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-INFRASTRUTTURA MALTA
"Hekk se nkun aktar sigur, ikun hawn inqas konġestjonat u jtejjeb l-arja ta' madwarna."

Опубликовано:

 

2 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
UŻU INNOVATTIV TAL-MIŻBLA FLOK TITKABBAR
2:11
TLIET KORSIJI ĠODDA FIL-JUNCTION TAL-MARSA.
3:08
Просмотров 2,1 тыс.
OYUNCAK DİREKSİYON İLE ARABAYI SÜRDÜ 😱
00:16
ВЫЗВАЛ ЗЛОГО СОНИКА #Shorts
00:38
Просмотров 58 тыс.
🦊🔥
00:16
Просмотров 308 тыс.
Regional German Dialects Compared
6:58
Просмотров 2,6 млн
SITWAZZJONI TAL-BIŻA’ FIL-LVANT NOFSANI
3:22
OYUNCAK DİREKSİYON İLE ARABAYI SÜRDÜ 😱
00:16