Тёмный

TIFFORMA L-FLYOVER IL-ĠDIDA TA’ ĦDEJN L-AJRUPORT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,5 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Tpoġġew f’posthom is-7 strutturi tal-azzar li se jiffurmaw il-gverta tal-flyover il-ġdida tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project.
Din il-flyover se toffri korsija diretta minn Ħal Luqa lejn il-mina ta’ Ħal Kirkop u se tkun twila 400 metru u magħmula minn seba’ biċċiet tal-azzar li jiżnu 300 tunnellata.
Dan il-proġett, b’investiment ta’ tmintax-il miljun ewro, issa daħal f’fażi intensiva ħafna, fejn ħafna mix-xogħlijiet se jkunu qed isiru billejl.
Dan il-proġett se joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn il-lokalitajiet ta’ Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, ż-Żurrieq u Ħal Safi kif ukoll inħawi oħrajn fil-viċinanzi.
Il-proġett se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija.
Il-Perit ta’ dan il-proġett, Anton Zammit spjega li fil-jiem li ġejjin se jibdew jitqiegħdu is-6 strutturi tal-azzar tal-flyover ta’ Luqa Junction Project.
ANTON ZAMMIT
PERIT
“Il-ġimgħa dieħla se jkompli proċess ieħor, fuq proġett ieħor, li huwa simili bħal dan, li huwa il-Luqa Intersection Project. Dan jinsab in-naħa l-oħra ta’ Ħal Luqa. Hemmhek għadna bridge simili bħal dak li għadna warajna, li jikkonsisti minn 6 gverti, u l-proċess se jkun simili bħal dan. Jitqiegħdu bil-lejl u jsir sensila ta’ welding.”
Dan il-proġett, flimkien mal-Luqa Junction Project, li qed jinbena biswitu, se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa erbgħa u sebgħin fil-mija f’kull direzzjoni tul din ir-rotta.
Ser jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-inċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts.
Fl-istess waqt, permezz ta’ faċilitajiet aktar siguri, se jonqsu wkoll ir-riskji t’inċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota.
Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu ukoll għal titjib sinjifikanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa,il-Gudja u nħawi oħra oħrajn fil-viċin.
Fil-fatt, huwa stmat li se jnaqqsu sa 9 tunnellati emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena.
Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju, li huma fost l-ikbar kontributuri tal-kriżi fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena.

Опубликовано:

 

9 авг 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@tonybuttigieg5465
@tonybuttigieg5465 Год назад
Il pajjiz mhux flyovers u mini ghandu bzonn biex jonqos it traffiku imma jitilqu il barranin li intlejna bihom, ftit snin ohra anki fuq bankina nbatu biex nimxu ahseb u ara fit triq. Pajjiz hxejtuh f'sormu imlejtuh bil barranin u issa gejna nddependu fuqhom.
Далее