Тёмный

ĦA KARTI M’GĦAND SCHEMBRI U GĦADDIHOM LIL FENECH 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fil-kumpilazzjoni xehed it-tabib tan-negozjant Fenech fejn qal li Keith Schmebri tah xi karti u dan għaddihom lil Fenech.
Intant il-Qorti ħatret lill-espert psikjatriku Dr. Joe Cassar sabiex jeżamina s-saħħa mentali tal-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma.
KITBA NICOLE BUTTIGIEG
FILMAT ALEX BORG / ARKIVJI
It-Tabib Adrian Vella, li ilu tletin sena jaf lil Yorgen Fenech, xehed fil-kumpilazzjoni kontra n-negozjant u s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Parti mix-xhieda tiegħu nstemgħet fil-magħluq minħabba li beda jagħti dettalji fuq saħħet Fenech.
It-tabib xehed kif f’Novembru illi għadda, erbat ijiem qabel ma ġie arrestat Fenech, Yorgen Fenech ċempilu u qallu li kien eċċitat ħafna. It-tabib mar Portomaso u rah eċċitat immens.
Huwa tkellem mal-mara ta’ Fenech u issuġġerixxa li jmur iqatta’ xi ftit jiem fid-dar tiegħu f’Għawdex.
It-tabib qal li peress li tah xi mediċina, Fenech kien mħeddel u għalhekk baqa’ waħdu iżda ftit tal-jiem wara t-tabib mar ħdejh flimkien ma ħuh, Franco Fenech.
It-tabib qal li Yorgen Fenech kien jafda ħafna f’ħuh. Xehed li Franco Fenech huwa espert fis-suġġet li beda jitkellem dwaru fil-magħluq u ħadd daqsu ma seta’ jgħin lil Yorgen Fenech.
It-tabib irrakkonta li meta kienu fid-dar tiegħu f’Għawdex, Franco Fenech ta ħafna karti lil Yorgen Fenech x’jiffirma dwar in-negozju.
It-tabib xehed li beda jisma lil Franco Fenech jgħid lil ħuh biex dan jitlaq minn Malta b’mod legali iżda Yorgen Fenech baqa’ jirrifjuta.
F’ħin minnhom Yorgen Fenech qallu li kapaċi jġib ajruplan privat u jitlaq.
Hawnhekk it-tabib xehed ukoll li Franco Fenech deher panikuż meta beda jara lil ħuh f’dak l-istat.
It-Tabib Vella qal li l-aħwa Fenech bdew isemmu ħafna postijiet fosthom Pariġi, Tuneż, il-Messiku u l-Amerika t’Isfel.
It-tabib xehed li l-aħwa saqsewh jekk jafx lil xi ħadd li għandu dgħajsa u qalilhom li kellu ħabib tiegħu li kellu dgħajsa tas-sajd.
L-Ispettur Keith Arnaud saqsih jekk Yorgen Fenech kellux dgħajjes. Bit-tabib wieġeb li kellu żewġ jottijiet.
It-tabib qal li għal familja Tumas huwa kien jagħmel kollox.
It-tabib xehed li meta Yorgen Fenech kien arrestat il-lock up mar darbtejn jinvistah u darba minnhom bagħat lil Fenech l-isptar wara li kellu uġigħ f’sidru.
It-tabib xehed li l-għada li kien l-isptar flimkien ma’ skort tal-pulizija, Fenech ċempillu u qallu li ġie rilaxxat mill-isptar.
Yorgen Fenech qallu sabiex imur jiġborlu xi ħaġa mingħand sieħbu tal-Mellieħa, b’referenza għal Keith Schembri.
Dr. Vella qal li filgħodu qabel ċempel Yorgen Fenech, kien ċempillu Keith Schembri u qallu biex meta jkun ‘l hawn jgħaddi.
It-tabib irrakonta kif mar għand Keith Schembri u dan tah xi karti biex jagħtihom lil Yorgen Fenech.
It-tabib qal li mar bil-karti Portomaso għand Yorgen Fenech. Qal li mar Portomaso u ħa qatgħa xħin ra ħafna nies armati. Dawn qalulu li kienu qegħdin għassa ma’ Yorgen Fenech.
It-Tabib Vella qal li fl-appartament kien hemm Yorgen Fenech flimkien mal-Avukat Gianluca Caruana Curran. Huwa kompla jirrakkonta kif ħareġ il-karti biex jagħtihom lill-Avukat iżda Yorgen Fenech ħadhomlu minn idu.
Xehed li Yorgen Fenech ħa qatgha b’dak li ra fil-karti u qisu kien irrabjat.
Fuq il-pedana tax-xhieda, it-tabib qal li Fenech lissen “Ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi.”
Irrakkonta kif f’mument partikolari qamet xi ftit emozzjoni għax Marlene Fenech, il-mara ta’ Yorgen Fenech, qaltlu li ħa ssiefer.
It-tabib qal li ċempel Keith Schembri u dan kellem lil Yorgen Fenech.
Il-Maġistrat irrimarkat li meta xehed Keith Schembri dan qal li hu ma ta l-ebda karta lit-Tabib Vella biex jghaddiha lil Yorgen Fenech iżda t-Tabib Vella insista li l-karti ġabhom mingħand Schembri u tahom lil Fenech.
It-tabib qal li filgħaxija kien id-dar u ċempillu Dr Caruana Curran iżda ma marx għax beda jibża’.
Irrakkonta kif f’jum minnhom, fis-siegħa ta’ filgħodu ċempel il-bieb ta’ barra u ra ħafna nies barra. Huwa ċempel lil Keith Schembri u qallu li dawn kienu pulizija. Schembri qallu biex jifħilhom.
Imbikkem, it-tabib irrakkonta l-mument li ġie arrestat.
It-Tabib Vella qal li meta beda jiġi interrogat kien hemm l-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra u l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Qal li Cutajar beda jgħidlu giddieb.
Fil-Qorti, it-Tabib Vella kien assistit mill-Avukat Mario Mifsud.
Intant, fil-bidu tas-seduta l-Maġistrat Montebello laqgħet it-talba tal-avukati ta’ Fenech, u ħatret lil espert psikjatriku Dr Joe Cassar sabiex jeżamina s-saħħa mentali tal-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Melvin Theuma.

Опубликовано:

 

17 авг 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@johnspiteri2313
@johnspiteri2313 Год назад
The EU Funds donated to recover Malta from poverty were never under control and lent many in power to get as much as they can. Not hundreds, not thousands but millions and transfered them to third world countries. Malta joining the EU was a disaster The European Parliament remained silent. Millions of Euros ended up not in Malta but in third-world countries.s.There are names.
Далее
Floriana vs Sliema Final 2024 shootout(1)
7:49
הרב זמיר כהן - מה זה אמונה ?
6:50
Просмотров 2,3 тыс.
Tumas Fenech Bijografiji   Umilta u Superstizzjoni
3:58
IL-PM QALB IN-NIES FIL-BELT VALLETTA
1:35
Просмотров 456