Тёмный

ĦAL QORMI B’VARA UNIKA U ĠDIDA FIL-ĠIMGĦA L-KBIRA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Qed joqrob ġmielu żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Żmien li jkun mistenni minn bosta b’mod partikolari l-Qriema li din is-sena ser iżanżnu vara ġdida tal-Ġimgħa l-Kbira, dik ta’ Kristu quddiem is-Sinedriju.
Din il-vara fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi hi xogħol l-istatwarju Aaron Camilleri Cauchi. Hi tirrapreżenta lill-Kristu quddiem il-Qassisin il-Kbar, bix-xogħol fuqha ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet snin. L-inawgurazzjoni u l-kxif tal-vara sar il-Ħamis filgħaxija f’kunċert li ttella’.
Il-vara hija unika u tgħaqqad is-sett bi tlettax, l-akbar ammont ta’ vari fil-pajjiż kollu.
AARON CAMILLERI CAUCHI
STATWARJU
“Ibda biex dan huwa episodju li qatt ma deher fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Turi lill-Ġesù quddiem is-Sinedriju u għandek ħafna bilanċi fil-kompożizzjoni speċjalment naħa minnhom il-Qassis il-Kbir li qed fl-azzjoni jċarrat ħwejġu filwaqt li qed jikkundana lill-Kristu. Fin-nofs għandek lill-Kristu kkundanat u rassenjat għax in-nies tiegħu qed jikkundanawh u fil-bilanċ l-ieħor għandek lill-Anna qed jipponta lill-poplu Lhudi jiġifieri qed juri li Kristu qed jiġu kkundanat mill-poplu Lhudi.”
Il-vara hi maħduma kollha kemm hi fil-kartapesta. Peress li din il-vara ġiet miżjuda mas-sett eżistenti, l-akbar sfida ta’ Camilleri Cauchi kienet li jqabbel din il-vara mal-kumplament tas-sett tal-vari.
AARON CAMILLERI CAUCHI
STATWARJU
“Hawn ħafna elementi fil-vari speċjalment dawk antiki u aktar ġodda. Madwar tletin sena ilu inbidlu xi vari u kien ħaddimom il-papà tiegħi u allura jien ridt inqabbel mall-parti l-antika u anke mal-papà tiegħi.”
L-Arċipriet ta’ Ħal Qormi Dun Mario Mangion qal li din il-vara għandha l-ħsieb li tfiehem lid-devoti l-proċess kollu li għadda Kristu fil-passjoni tiegħu.
DUN MARIO MANGION
ARĊIPRIET TA’ ĦAL QORMI SAN ĠORĠ
“Ovvjament Kristu tul il-proċess kollu tiegħu kien ikkundanat darbtejn, l-ewwel kundanna mis-Sinedriju li mbagħad bagħtu għal kundanna mingħand Pilatu. Aħna diġà kellna dawk tal-Ecce Homo li tirrapreżenta lil Kristu quddiem Pilatu u issa għaqqadna l-mixja kollha għax issa għandna l-kundanna mill-Qassisin il-Kbar u s-Sinedriju li bdiet il-proċess tal-passjoni kollha.”

Опубликовано:

 

9 апр 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-VOLUNTIERA FIL-QALBA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA.
2:32
Просмотров 5 тыс.
Armar tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira
20:57
Просмотров 21 тыс.
IR-RABAT JIŻŻEJJEN BIL-KWIET F’JUM SAN ĠUŻEPP
2:48
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
Tliet aħwa li jgħixu fid-Dar tal-Providenza
1:24
Просмотров 1,1 тыс.
DAQQA TA’ ĦARTA LIS-SINDKU TA’ SILVIO SCHEMBRI
2:29
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 17 тыс.
Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, Ħal-Qormi
1:30:00
Просмотров 8 тыс.
L-Imħabba lejn l-Ilbies tal-Ġimgħa l-Kbira
12:34
Просмотров 1,1 тыс.