Тёмный

DAQT TITLESTA R-ROTTA EWLENIJA BEJN ĦAL QORMI U ĦAL LUQA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,5 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Jinsabu fl-aħħar fażijiet tagħhom ix-xogħlijiet fir-rotta ewlenija bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa.
Dan wara proġett ta’ twessiegħ u bini mill-ġdid taż-żewġ toroq b’investiment ta’ disa’ miljun u ħmaes mitt elf ewro.
Għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet għat-twessiegħ tar-rotta ewlenija bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa b’nefqa ta’ disa’ miljun u ħames mitt elf ewro.
Dan hekk kif bħalissa Infrastructure Malta tinsab għaddejjha qiegħda tagħti t-tieni wiċċ minn tlieta ta’ din l-arterja ewlenija.
L-Erbgħa filgħodu One News żar ix-xogħlijiet li qed isiru fejn hemmhekk tkellimna mal-Perit Corinne Dimech li hija responsabbli minn dan il-proġett li ser jindirizza l-konġestjoni tat-traffiku f’din iż-żona traffikuża.
Hija spjegat kif l-aġenzjia bniet mill-ġdid u wessgħet dawn iż-żewġ toroq li qabel kellhom biss karreġġjata waħda b’żewġ korsiji.
CORINNE DIMECH
PERIT
Dan il-proġett jinkorpora t-tibdil tal-karreġġjata fejn per eżistenti kienet karreġjata b’żewġ korsiji għal żewġ karreġjati b’erbgħa korsiji din id-darba. Żewġ korsiji lejn in-nofsinhar u t-tramuntana ta’ Malta.
Il-Perit Vella spjegat kif għall-ewwel darba saret korsija għar-roti twila madwar kilometru fiż-żewġ direzzjonijiet u li se tkun mifruda mit-triq. Korsiji b’tarmak addattat għar-roti.
CORINNE DIMECH
PERIT
Iż-żona għaċ-ċiklisti ħa tkun issa magħquda ma’ dik pedonali u iktar importanti minn hekk ħa tkun mifruda mit-traffiku ewlieni permezz ta’ strippa ġdida li ħa tkun fiha landscaping ġdid. Tajjeb ngħidu wkoll li qed issir minn materjal ta’ asfalt u mhux konkrit għalhekk għaċ-ċiklisti hija iktar addatatta wkoll u tajjeb ngħidu wkoll li ż-żona għaċ-ċiklisti ħa tkun f’żewġ direzzjonijiet iktar milli waħda
B’hekk dawn ser jingħaqdu mal-korsija għar-roti li saret is-sena l-oħra fi Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u r-roundabout tal-Ajruport fil-Gudja.
Intant xogħol ieħor li għaddej bħalissa jinkludi l-bini tal-bankini ġodda mal-ġnub tat-triq, sistema ta’ dwal LED, daħliet aktar siguri għall-karozzi tal-linja, żoni b’siġar u pjanti oħrajn u tagħmir għal aktar sigurtà. GĦANDNA FILMATI TAGĦHOM GĦAL KULL ĦAĠA
Bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art madwar 1.6 kilometru f’servizzi ġodda tal-ilma, tal-Internet u tat-telekomunikazjzoni.
Dan flimkien ma’ żewġ kilometri oħrajn f’cables tal-elettriku li huma meħtieġa għas-sistemi ta’ dwal ġodda li qegħdin isir f’dawn it-toroq.
Inbniet ukoll sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita li għaliha saru kważi żewġ kilometri ta’ katusi u strutturi oħrajn.
B’hekk ukoll dan il-proġett se jżid l-effiċjenza għal ħafna oqsma kummerċjali u industrijali li jiddependu minn din iż-żona.

Опубликовано:

 

17 дек 2019

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Nirien ħakmu dar f’Ħal Qormi.
2:08
Просмотров 2,3 тыс.
Телеграмм-Колян Карелия #юмор
00:10
DAR TAS-SEKLU 19 F’BIRKIRKARA SALVATA MINN ŻVILUPP
2:32
Natura Maltija - Il-Gżejjer Maltin
3:03
Просмотров 3,3 тыс.
SAVIOUR BALZAN JIFTAĦ LIBELL LIL IVAN CAMILLERI
1:47
Просмотров 1,8 тыс.
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 17 тыс.
Università Amerikana f'Malta.
3:33
Просмотров 1,6 тыс.
Телеграмм-Колян Карелия #юмор
00:10