Тёмный
No video :(

“L-ELEZZJONIJIET JIDDETERMINAW X’MALTA RRIDU” - IL-PM 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 498
50% 1

ONE.COM.MT • Intant waqt l-istess attività l-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar id-differenza bejn Oppożizzjoni ta’ awsterità u Gvern li dejjem ipoġġi l-kwalità tal-ħajja tan-nies l-ewwel u qabel kollox.
Għalhekk l-importanza tal-jum tal-votazzjoni fit-8 ta’ Ġunju. Jum li se jiddetermina l-futur ta’ pajjiżna.
KITBA: SHANAYA FARRUGIA
FILMAT: ONE / CHRIS BORG
F’attività politika f’Ħaż-Żabbar il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju mhumiex tal-partiti iżda jiddeterminaw x’Malta rridu u x’Malta se jkollna.
Dan fl-isfond ta’ oppożizzjoni li f’kull okkażjoni li jkollha, tipprova xxekkel il-ħidma ta’ Gvern Laburista.
Fil-fatt, Dr Abela rrimarka li n-Nofsinhar tal-pajjiż jaf min hu l-establishment tal-Partit Nazzjonalista għaliex daq id-deċiżjonijiet li ħa fil-passat, bħad-deċiżjoni li jintuża l-aktar żejt li jniġġes, il-heavy fuel oil, li fena n-naħa t’isfel tal-pajjiż bit-trab iswed.
L-establishment poġġa wkoll impjanti ta’ riċiklaġġ li jerħu l-irwejjaħ f’dawk in-naħat, litteralment proġetti li ma ried ħadd.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“X’ma jafx min hu l-Establishment min hu min-naħa t’isfel ta’ pajjiżna, dażgur li jaf għax dawk kienu d-deċiżjonijiet li ħadu għalikom. Dak l-Establishment li l-poplu xeħtu u tefgħu ’il barra u le mhux se jwaqqafna milli nkomplu nwettqu l-pjan li aħna għandna għal dan il-pajjiż.”
F’diskors sod, il-Prim Ministru qal li d-differenza hi ċara bejn Partit Laburista fil-Gvern li jżomm kelmtu mal-wegħdiet li jagħmel u Oppożizzjoni li fi żmien li kellha l-poter kienet biss tibgħat il-kontijiet għax hi l-partit tal-awsterità.
Hawn semma sfidi li affaċċja pajjiżna iżda li dan il-Gvern qatt ma qata’ qalbu u anki meta kien hemm attakki kontra pajjiżna, iġġieled favur l-interess ta’ Malta. Dr Abela fakkar kif lejliet deċiżjoni dwar il-greylist mill-FATF, il-Kap tal-Oppożizzjoni bagħat ittra kontra pajjiżna iżda għax bħala pajjiż konna magħqudin, rebħet Malta.
Intant irrimarka wkoll kif f’okkażjoni oħra fejn il-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-kandidati tiegħu għall-elezzjonijiet, minflok il-Kap Bernard Grech tkellem dwar il-ħidma tagħhom għal pajjiżna, nfexx jitkellem dwar min se jattakkaw.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Il-Partit Nazzjonalista dwar xix tkellem? Tkellmu dwar min huma kontra, tkellmu dwar min se jiġġildulu, tkellmu dwar lil min se jkissru , tkellmu dwar kif se jipprovaw jerbħu lura l-poter. Tkellmu għalihom infushom. Ma tkellmux għalikom. U biex jagħmlu dan, jaslu jaħdmu kontra Malta. Imbagħad qalulna li “Għalik”, għalik vera kontra Malta imma, għalik kontra Malta.”
F’Ħaż-Żabbar il-Prim Ministru semma wkoll proġetti ambjentali importanti bħal dak ta’ San Klement fejn irridu nkomplu nestendu dan il-park li jgawduh il-familji.
L-istess bħall-proġett li sar f’Ta’ Qali fiż-Żona għall-Kunċert fil-Park Nazzjonali ta’ Malta.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“U nistedinkom tmorru llum mal-familji tagħkom, gawdu l-ġurnata, strieħu mal-għeżież tagħkom f’dan il-post u f’dan il-pajjiż sabiħ.”

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@beatricelundgren9096
@beatricelundgren9096 4 месяца назад
We always prroud of you Prime minister.
Далее
IMWAQQAF IL-KUNTRATTUR FIL-PAOLA HUB
4:15
Просмотров 345
METSOLA RRAPPORTATA LILL-OMBUDSMAN TAL-UE
3:45
TITQAJJEM FESTA LOKALI LI KIENET TWAQQFET
2:34