Тёмный

“MILJUNI BIEX NIĠI ELIMINAT POLITIKAMENT” 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,7 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-għada li rapporti fil-midja qalu li l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, kien vittma ta’ stejjer foloz ivvintati minn Steward Healthcare f’kampanja, li fil-mira tagħha kien hemm dawk meqjusin bħala għedewwa tal-istess kumpanija, irreaġixxa Chris Fearne nnifsu.
Fuq il-midja soċjali hu kiteb kif intefqu l-miljuni fuq gidba bl-iskop malinn li jiġi politikament eliminat, u żied li llum stess kien se jmur għand il-Kummissarju tal-Pulizija biex jitolbu jieħu passi kontra min wettaq u ffinanzja, dak li sejjaħ bħala “frame-up moqżież”.
KITBA: TRISCHIA FALZON
FILMAT: ARKIVJI
“Intefqu madwar sitt miljuni u nofs ewro biex tiġi vvintata gidba bi skop malinn speċifiku: biex niġi politikament eliminat”. Din kienet ir-reazzjoni ta’ Chris Fearne, l-għada li rapporti fil-midja qalu li l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kien vittma ta’ stejjer foloz ivvintati minn Steward Healthcare f’kampanja, li swiet il-miljuni u li fil-mira tagħha kien hemm dawk meqjusin bħala għedewwa tal-istess kumpanija.
Fuq il-midja soċjali, Fearne kiteb kif il-fatti żvelati huma prova ċara u konkreta li, bħala Ministru għas-Saħħa, dejjem kien sod fil-qadi ta’ dmirijietu lejn l-interess nazzjonali.
Żied jispjega kif dak li sejjaħ bħala ‘pjan malizzjuż’ sar f’żewġ stadji.
Qal li l-ewwel għamlu li setgħu biex isibu l-ħmieġ dwaru u, “meta ma sabux, għax mhemmx, iffabbrikaw il-ħmieġ minn żniedhom”.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu mal-ġurnalisti t-Tnejn waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll qal li hu dejjem kien konsistenti fil-pożizzjoni dwar Fearne, waqt li nsista li l-Gvern qed jitkellem mal-avukati tiegħu biex, jekk kien hemm xi flus li marru għall-allegat ħmieġ imsemmi mit-Times fuq kampanja ta’ stejjer foloz, dawk il-flus jiġu rkuprati.
L-eks Deputat Prim Ministru żied jgħid li dan il-frame-up mudlam sewa sitt miljun ewro u pprova jwaqqfu milli jkompli jaqdi dmirijietu lejn il-pazjenti Maltin u Għawdxin u lejn il-pajjiż.
Fakkar kif meta dan il-ħmieġ ivvintat kien ippubblikat l-ewwel darba, kien mar minn jeddu għand il-Kummissarju tal-Pulizija u talbu jinvestiga, li, min-naħa tiegħu, kien ikkonkluda li din kienet storja vvintata mill-bidu sal-aħħar.
Chris Fearne temm billi qal kif illum se jerġa’ jmur għand il-Kummissarju biex jieħu passi kontra min kien li wettaq u ffinanzja dak li sejjaħ bħala “frame-up moqżież”. Fl-istess ħin qal li se jkompli jiddefendi u jikkonferma l-integrità tiegħu fil-qrati tal-ġustizzja.
Fil-fatt, ftit wara, Fearne ħabbar fuq il-midja soċjali li kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dan kollu.
Iddikjara li, f’din il-korrispondenza, għamel referenza għal imejl preċedenti tas-6 ta’ Ġunju li għadda fejn talab li jiġu investigati allegazzjonijiet qarrieqa fil-konfront tiegħu biex, skontu, itappnulu r-reputazzjoni.
Qal ukoll li għamel referenza għall-ittra tas-Supretendent James Grech, li kien informah li l-investigazzjonijiet irriżultaw li l-allegazzjonijiet kollha kienu foloz. Minbarra hekk, Chris Fearne kien talab biex jiġi investigat s-sors oriġinali, li iżda wkoll ma kienu taw l-ebda riżultat.
L-eks Deputat Prim Ministru temm jgħid li “l-kontenut tal-artikli mtella’ lbieraħ jitkellem waħdu u jidher ċar min hu s-sors ta’ dan il-qerq”. Għaldaqstant talab ukoll lill-Kummissarju jinvestiga dak li qed jingħad f’dawn l-artikli u, fl-eventwalità li dak li qed jingħad jirriżultalu li hu korrett, iressaq lill-persuni konċernati mill-aktar fis possibbli.”
Aktar tard, f’kummenti li ta lill-midja quddiem il-Qorti, Fearne qal hekk.
CHRIS FEARNE
EKS DEPUTAT PRIM MINISTRU
“Ngħid biss li dan il-frame up ta’ sitt miljun jikkonferma l-integrità tiegħi, jikkonferma li jiena bħala Ministru dejjem ħdimt fl-interess tal-pajjiż u dejjem ħdimt u aġixxejt bla biża’ jew favur lejn ħadd.”

Опубликовано:

 

2 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@gorifranka
@gorifranka 3 месяца назад
Ma kelli ebda dubju minnek Dr. Fearne, ibqa insisti biex tiehu dak li haqqek u min ghamillek il hsara jirispondi u jbghati l konsegwenzi.
@josephabdilla6946
@josephabdilla6946 3 месяца назад
Ma nohodiex bil kbir li hemm xi buzillez ohra fl'inkjesta ta vitals.
Далее
'We will stand by Joseph' - PL supporters
6:49
Просмотров 12 тыс.
Teeth gadget every dentist should have 😬
00:20
Просмотров 1,6 млн
ХОМЯК ВСЕХ КИНУЛ
10:23
Просмотров 635 тыс.
“L-ATTAKK FUQ FEARNE MHUX SE JIĠI TTOLLERAT”
2:35
IL-GIDEB U L-ATTAKKI TAL-PN FUQ FEARNE
3:33
Просмотров 1,9 тыс.
SITWAZZJONI TAL-BIŻA’ FIL-LVANT NOFSANI
3:22