Тёмный

“L-ATTAKK FUQ FEARNE MHUX SE JIĠI TTOLLERAT” 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Gvern u l-Kabinett tal-Ministri, fi stqarrija, irreaġixxaw għall-allegazzjonijiet mill-aktar serji li jgħidu kif kien hemm kampanja maħsuba biex jinħolqu stejjer foloz kontra l-eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Intqal, fost oħrajn, kif ħadd m’għandu jkun suġġett għal xi attakk simili u tali aġir mhux se jkun ittollerat.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
“Ħadd m’għandu jkun suġġett għal xi attakk, aktar u aktar meta jkun qed jaġixxi f’isem il-poplu, bil-għan li jassigura dak li hu sewwa u, għalhekk, il-Kabinett tal-Ministri qed jibgħat sinjal qawwi li mhux se jkun ittollerat tali aġir.”
Dan intqal fi stqarrija mill-Gvern u l-Kabinett tal-Ministri, b’reazzjoni għall-allegazzjonijiet mill-aktar serji, li ġew ippubblikati fl-aħħar sigħat, fejn ingħad li l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, kien fil-mira ta’ kampanja maħsuba biex jinħolqu stejjer foloz fil-konfront tiegħu.
Intqal kif il-Prim Ministru Robert Abela dejjem esprima fiduċja ċara f’Mr Fearne tant li kien insista miegħu li ma kellux jirriżenja mill-kariga li kien jokkupa, bil-Kabinett tal-Ministri dejjem appoġġja din il-pożizzjoni.
Fl-istess dikjarazzjoni ġie nnotat ukoll li, b’rabta ma’ tali allegazzjonijiet, il-Pulizija kienet diġà kkonfermat li stejjer li xxandru f’midja ta’ pajjiżi oħrajn fil-konfront ta’ Chris Fearne ma kinux minnhom.
Intqal li, fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi, il-Kabinett qed jappoġġja l-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru t-Tnejn meta ddikjara minnufih li għandha ssir investigazzjoni fuq l-allegazzjoni li Chris Fearne kien fil-mira ta’ stejjer foloz.
Il-Gvern qal li l-Avukat tal-Istat intalab biex, permezz tat-tim legali lokali u internazzjonali, jittieħdu l-passi meħtieġa fl-arbitraġġ internazzjonali. B’hekk jekk, kif allegat, intużaw flus tal-konċessjoni tal-isptarijiet biex jiġu ffabbrikati dawn l-istejjer, dawn jiżdiedu mat-talbiet li l-Gvern Malti diġà qed jagħmel kontra Steward.
Il-Kabinett tal-Ministri fakkar ukoll kif, bħalissa, fil-Qrati Maltin hemm kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni kontra l-Avukat tal-Istat, li l-konsegwenza tat-talbiet tagħha hi, fost oħrajn, biex Chris Fearne jiġi mfittex personalment.
Ingħad kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dejjem kienet lesta biex tipprova tkisser lill-eks Deputat Prim Ministru, b’mod partikolari mal-mument li tħabbar li se jkun innominat minn Malta bħala l-Kummissarju Ewropew il-ġdid. CASA
Intqal li l-Oppożizzjoni qatt ma interessaha mill-pożizzjoni ta’ Malta, iżda minflok dejjem rat li tikseb kapital politiku partiġġjan immedjat.
Sadanittant, fi stqarrija separata, il-Partit Laburista wkoll wera s-solidarjetà sħiħa ma’ Fearne, waqt li kkundanna dawn l-attakki malizzjużi.
Il-Partit Laburista nnota wkoll l-iprokezija tal-Partit Nazzjonalista, li, waqt li issa qed isostni favur l-integrità ta’ Fearne, għażel li jiftaħ kawża separata biex ifittxu personalment.
Intqal li l-Partit Laburista qed jimpenja ruħu biex toħroġ il-verità.

Опубликовано:

 

1 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@dorisfava4733
@dorisfava4733 3 дня назад
Mhux sew. Lija tinfama u johorgu kedeb fuq persuni u serju vendikazzjonijiet ,proset Onr. Fearne ,🌹🌹🌹🌹🌹🌹
Далее
IL-GIDEB U L-ATTAKKI TAL-PN FUQ FEARNE
3:33
Просмотров 1,6 тыс.
Июль в Tanks Blitz
51:46
Просмотров 87 тыс.
“MILJUNI BIEX NIĠI ELIMINAT POLITIKAMENT”
2:58
Просмотров 1,5 тыс.
Mass meeting Zaren Tal-Ajkla Zabbar Malta
2:59
Просмотров 6 тыс.
AĠĠORNAMENT FIR-REGOLI TAL-CARAVANS
1:56