Тёмный

25 SENA ĦABS WARA LI AMMETTA LI ĦATAF AJRUPLAN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,9 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Wieħed miż-żewġt irġiel li fl-2016 ħatfu ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah, u li niżel Malta, ġie kkundannat ħamsa u għoxrin sena ħabs illum.
Huwa għażel li jammetti għemilu minflok jgħaddi ġuri.
KITBA: KYLE MIFSUD
FILMAT: ARKIVJI
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkundannat 25 sena ħabs lil Shah Soko Moussa wara li kien wieħed miż-żewġ persuni li ħataf ajruplan Libjan tal-Afriqiyah Airways.
Il-hijack seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2016 minn Moussa u Ali Ahmed Saleh iżda tal-ewwel għażel li jammetti flok jgħaddi ġuri.
Il-hijack fuq l-ajruplan kien beda għoxrin minuta wara li bdiet it-titjira li telqet minn Sabhā għal Tripli.
Kienet qalet dan membru tal-ekwipaġġ, li spjegat kif wieħed minn dawk li ħatfu l-ajruplan ried ikellem lill-bdot u anki għolla l-flokk fejn kellu qisha bomba żgħira.
L-ittra kienet tgħid li l-bdot kellu jsuq lejn Ruma u l-imputati bdew jheddu li se jisplodu l-ajruplan.
L-ajruplan spiċċa niżel f’Malta minħabba li l-bdot qal li kellu bżonn iżjed fjuwil biex isuq lejn Ruma.F’dan il-każ intużaw armi foloz u ħadd ma kien weġġa’.
Is-sitwazzjoni kienet ġiet ikkontrollata mill-forzi Maltin ftit tas-sigħat wara.
Iż-żewġ Libjani li ħatfu l-ajruplan kienu dehru jxejru l-bandiera l-ħadra ta’ żmien ir-reġim ta’ Muammar Gaddafi, barra l-bieb tal-ajruplan.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ kienet tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit mill-iskwadra ta’ Kontra t-Terrorizmu.
TAL-EUROPOL IWIEĠBU WAQT IL-KUMPILAZZJONI TA’ FENECH
Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-allegat mandant tal-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Matul is-seduta tal-Erbgħa d-difiża għamlet il-kontroezami fuq it-tliet esperti tal-Europol li aċċessaw u elevaw l-informazzjoni minn fuq l-apparat kollu elettroniku li ġie kkonfiskat mill-propjetà ta' Fenech fosthom minn fuq il-lanċa. F'seduta li ħadet sigħat, l-esperti tal-Europol spjegaw l-irwol tagħhom u wieġbu għad-diversi mistoqsijiet tad-difiża b'rabta mar-rapporti u apparat elettroniku li ġew ppreżentati fis-seduta li għaddiet.

Опубликовано:

 

1 дек 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@abdouliejoof4721
@abdouliejoof4721 3 года назад
Good job malta
Далее
Wegħdu li mhux se jaqflu l-ħabs !
2:13
Просмотров 9 тыс.
Delitti F'Malta Zewg Delitti
37:18
Просмотров 39 тыс.
“IL-ĦABS ĦADLI L-IDENTITÀ TIEGĦI”
3:02
Просмотров 21 тыс.
Nicola Romano | Jistenna  li ssir Ġustizzja !
1:57
Просмотров 5 тыс.
FOST L-INTERROGATI DWAR IS-SERQA FIŻ-ŻURRIEQ
2:30
Просмотров 17 тыс.
Żvelat filmat ta' serqa kbira.
3:02
Просмотров 48 тыс.