Тёмный

BIZZILLA MALTIJA U GĦAWDXIJA SE TKUN ESEBITA FIL-KROAZJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 514
50% 1

ONE.COM.MT •
Ilha taħdem il-bizzilla għal dawn l-aħħar erbgħin sena. Bdiet titgħallimha ta’ età żgħira, meta kienet l-iskola tas-snajja’.
Anna Brincat se tirrappreżenta lil Malta bil-bizzilla tradizzjonali fis-sitta u għoxrin festival internazzjonali tal-bizzilla, li se jsir fil-Kroazja fil-jiem li ġejjin.
Naraw aktar fis-servizz li jmiss.
Fis-26 Festival Internazzjonali tal-Bizzilla, li din is-sena se jsir f’Lepoglava, il-Kroazja, mid-9 sal-11 ta’ Settembru, se jiġu esebiti l-isbaħ eżempji ta’ bizzilla miċ-ċentri kollha tal-bizzilla Kroati, kif ukoll bizzilla minn seba’ pajjiżi Ewropej differenti.
Iltqjna ma’ Anna Brincat, miż-Zejtun, biex insiru nafu aktar. Spjegat li biex tinħadem il-bizzilla wieħed għandu bżonn it-trajbu u ċ-ċombini. Iċ-ċombini iridu jkunu mkebba bl-idejn jew bir-reddiena.
Tkellimna dwar id-differenza li hemm bejn il-bizzila Maltija u dik internazzjonali. Kull pajjiż għandu, naturalment, l-istil u t-tradizzjoni partikulari tiegħu. Il-bizzilla Maltija tinħadem bit-trajbu waqqaf. F’pajjiżi oħra jinħadem b’mod differenti.
ANNA BRINCAT
ĦAJJATA TAL-BIZZILLA
‘Hemm l-Ispanjoli, li nixbħuhom ukoll. Hemm postijiet oħra bit-trajbu mimdud ukoll. Tinħadem ukoll fuq iċ-ċatt, fuq biċċa ċatta, u jinħadem fuq iċ-ċatt. Aħna Malta nibdew minn fuq u nispiċċaw minn isfel. Il-bizzilla tagħna tintagħraf bil-festuni.’
Din se tkun l-ewwel darba li Anna Brincat se tirrappreżenta l-bizzilla Maltija fil-Festival Internazzjonali tal-Bizzilla.
One News tkellem ukoll mad-Direttur Artistiku u Disinjatur, Petya Zasheva, li fl-istess festival se tirrapreżenta l-bizzilla Għawdxija. Esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li l-Festival se jsir bħal qabel, wara li għal dawn l-aħħar sentejn kellha ssir b’mod virtwali minħabba l-pandemija.
PETYA ZASCHEVA
DISINJATRIĊI
‘The festival itself as I said, its already the 26th one this year. Usually it happens in September. It’s an international festival. Every year there is a lot of different countries. They have a partner each year. Each year they have a different country partner.’
Is-26 Festival Internazzjonali tal-Bizzilla qed jiġi organizzat taħt l-awspiċi tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja, Zoran Milanović, u tal-Ministeru tal-Kultura u l-Midja, il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Isport, il-Ministeru tal-Biedja, il-Kummissjoni Kroata għall-UNESCO, il-Kontea ta’ Varaždin [VA-RAX-DIN], u l-Belt ta’ Lepoglava.

Опубликовано:

 

7 сен 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
KAPITLU ĠDID U MODERN GĦALL-HAPPY SCHOOL
5:21
Highlights: Spanje - Gjeorgji
06:17
Просмотров 266 тыс.
THE POLICE TAKES ME! feat @PANDAGIRLOFFICIAL #shorts
00:31
Highlights: Spanje - Gjeorgji
06:17
Просмотров 266 тыс.