Тёмный

IL-LINJA 1579 ... REFUĠJU GĦAL MIN IĦOSSU WAĦDU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 235
50% 1

ONE.COM.MT • Ħarsitna issa se tiffokka fuq il-helpline nazzjonali għas-saħħa mentali... il-1579.
Il-kollega tagħna Anton Falzon żar iċ-ċentru ta’ min fejn ikun qed jingħata dan is-servizz utli f’pajjiżna, 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa, sabiex iwasslilna aktar dettalji.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: DORIAN BORG
Il-ħajja qatt ma tista’ tkun perfetta, fiha l-inżul u t-tlajja tagħha. Mhux bilfors dejjem trid tħossok tajjeb. Ma jkun ġara xejn jekk tkun għaddej minn perjodu ħażin, għax teżisti l-għajnuna. L-importanti li titkellem.
Fil-fatt, s’issa kemm ilha mwaqqfa min Novembru 2022 kienu madwar 13-il elf persuna li rrikorrew għal-linja 1579,
Il-1579 hija l-helpline nazzjonali għas-saħħa mentali. Din il-linja toffri sostenn għall-dawk li jkunu għaddejjin minn każijiet ta’ dipressjoni, ansjetà u solitudni.
L-ansjetà hi fost l-aktar sfidi komuni li n-nies qed iċemplu dwarhom fuq il-helpline nazzjonali tas-saħħa mentali.
Dan is-servizz 24/7 joffri servizz ta’ psikologi li jirrispondu t-telefon biex jgħinu lil dawk kollha li jċemplu għall-għajnuna. F’ pajjiżna għadna għadd ta’ servizzi fis-saħħa mentali fosthom is-servizzi fil-komunità u l-crisis resolution home treatment fost oħrajn.
Mit-telefonati kollha li saru mindu tnediet din il-linja, 7323 kienu persuni femminili, 4941 kienu rġiel u 180 persuna li jidentifikaw ruħhom bħala oħrajn.
Fost is-suġġetti mqanqla u ttrattati waqt it-telefonati mal-1579 insibu l-istress, id-dipressjoni, anzjeta, vjolenza domestika, solitudni, problemi finanzjarji u saħansitra diffikultajiet familjari.
Iltqajna ma’ Kairee Farrugia, li xogħlha huwa bħala assistenta psikologa. Hija spjegatilna l-għan ewlieni tal-linja 1579 u l-importanza li persuna tieħu azzjoni meta tħoss li għandha bżonn l-għajnuna u titkellem u ma żżommx biss ġo fiha.
KAIREE FARRUGIA
ASSISTENTA PSIKOLOGA 1579
“Importanti li wieħed jikseb l-għajnuna għax is-saħħa mentali hija importanti daqs dik fiżika, iġifieri aħna kif inħossu rasna tuġgħana u mmorru għand tabib bl-istess mod għandna nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna. Xi kultant nista’ nifhem li hija diffiċli għal dak li jkun, li jsib l-għajnuna, però l-għajnuna qiegħda hemmhekk u qiegħda available 24/7 permezz tal-helpline u wieħed jista’ jagħmel użu mit-telefon u jaqbad iċempel.”
Kairee Farrugia sostniet ma’ One News; kemm tista’ tagħmel differenza telefonata għal xi ħadd li jibda jħoss id-dinja qed taqa fuqu.
KAIREE FARRUGIA
ASSISTENTA PSIKOLOGA 1579
“Meta xi jċemplu ħa jitkellmu ma’ professjonisti gradwati fil-psikoloġija u b’hekk ikunu jistgħu jistmawhom bla ġudizzju u imbagħad ikunu jistgħu jirreferuhom għas-servizz li jkollu bżonn dak li jkun, jiġifieri servizzi kemm fil-komunità, ta’ psikjatrija, skont il-bżonn għax kull każ ikun uniku.”
Hawnhekk joħroġ kemm huwa importanti li wieħed jitkellem dwar il-problemi ta’ saħħa mentali li wieħed jgħaddi minnhom fil-ħajja.
Fil-midja soċjali ħafna jpinġu lilhom innifishom li jkunu qed jgħixu ħajja perfetta. In-nies li jkunu għaddejjin minn mumenti mentali diffiċli, bħad-dipressjoni, b’dak li jaraw online, ikomplu jweġġgħu u b’hekk tkompli tonqsilhom l-istima tagħhom infushom.
Kull min ikun għaddej minn sitwazzjonijiet imwiegħra fil-ħajja qatt m’għandu jingħalaq fih innifsu, u jiftaħ qalbu ma’ ta’ madwaru, bħal qraba, ħbieb, kollegi tax-xogħol jew persuni li jħossuhom komdi li jitkellmu magħhom, u fl-istess waqt ifittxu l-għajnuna professjonali, permezz tal-helpline nazzjonali għas-saħħa mentali... il-1579.

Опубликовано:

 

30 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
AZZOPARDI ĦATI LI GIDEB FUQ CARMELO ABELA
2:19
МАЛОЙ ГАИШНИК
00:35
Просмотров 225 тыс.
Tixtieq tiżżewweġ ħabsi u mhux iħalluha
12:06
Просмотров 26 тыс.
"Sagħtejn oħra u stajt immut" - Trevor Thomas
3:53
This is One of the Cheapest place to Live in Malta
11:43
Jokes and Accents of Ireland - Niall Tóibín
9:53
Просмотров 902 тыс.
Jitkellem sid il-ħanut li sfratta serqa
5:14
Просмотров 10 тыс.
KEVIN CASSAR JATTAKKA L-ĠUDIKATURA
2:05
Просмотров 775