ONE.COM.MT • Il-blogger Daphne Caruana Galiza nqatlet fi splużjoni ta’ bomba t-Tnejn wara nofsinhar mal-karozza li kienet qed issuq fil-Bidnija. Il-karozza jidher li baqgħet tinstaq għal diversi metri qabel spiċċat f’għalqa qrib ir-residenza tagħha. Jidher li l-bomba tpoġġiet taħt is-seat tax-xufier bil-possibiltà li ħadet b’mezz elettroniku.
Il-qtil tagħha, omm ta’ tlett itfal, ġab il-kundanna tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom tal-Prim Ministru Joseph Muscat li kkundanna bla riservi dan il-qtil brutali li sejjaħlu jum iswed għal-libertà tal-espressjoni.
6 окт 2024