Тёмный

IL-VITTMA TAL-ALLEGAT ĦTIF FL-AĦRAX JAĦRAB MINN MALTA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-allegat vittma ta’ ħtif fl-Aħrax tal-Mellieħa ħarab minn Malta.
Allegatament huwa ġie marbut għarwien ma’ siġra u kien mhedded biex iħallas id-dejn li kellu.
KITBA: COLIN DEGUARA
FILMAT: ARKIVJI
Il-vittma tal-allegat ħtif fl-aħrax tal-Mellieħa probabilment ħarab minn Malta. Wara li l-ġimgħa l-oħra l-pulizija infurmat lill-Qorti li l-vittma kien għadu ma nstabx u t-tfittxija għalih kienet diffiċli, fil-Qorti l-ispettur Jessica Bezzina ikkonfermat li l-pulizija kienet għadha ma sabitx lill-vittma wara li dan xtara biljett ‘one way’ fuq katamaran. It-tliet irġiel mixlija bil-ħtif qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Numru ta’ pulizija xehdu dak li qalilhom dak li kien qalilhom il-vittma. Irrakkontaw kif allegatament l-akkużati waqqfu lill-vittma l-Mellieħa fejn wieħed minnhom qabadlu idu filwaqt li t-tnejn l-oħra ħadulu l-oġġetti li kellu fuqu. Wara huma allegatament sfurzawh jidħol ġo karozza, ħaduh l-Aħrax tat-Tunnara fejn wara li rabtuh minn idu ma’ siġra u neżżgħuh, heddewh b’sikkina biex itihom il-password tar-revolut. L-akkużati allegatament komplew jhedduh li ser ikun hemm konsegwenzi serji jekk ma jħallasx id-dejn li kellu filwaqt li wieħed mill-akkużati qabadlu l-partijiet privati.
Wara li l-Maġistrat Audrey Demicoli kompliet tisma’ x-xhieda marbuta mal-każ hija ddikjarat li kien hemm biżżejjed evidenza biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
DAQQIET TA’ SIKKINA GĦAX IKKONVERTA GĦALL-KRISTJANEŻMU
Il-Pulizija qed tissuspetta li Lamir Mohammed ta’ 29 sena ingħata daqqa ta’ sikkina f’għonqu wara li kkonverta mill-Iżlam għall-Kristjaneżmu. Fil-Qorti surġent tal-pulizija xehed li Lamir kien qal mal-pulizija li nhar is-26 ta’ Jannar hu kellu jiltaqa’ ma’ raġel ieħor biex jitħallas xi flus iżda meta mar fil-Garaxx fil-Mosta sab lill-akkużat Simar Halil Hannan ta’ 26 sena.
Is-surġent spjega kif Lamir kien qalilhom li fis-Sirja hemm prattika li jekk toqtol persuna li tkun telqet l-Iżlam ikollok garanzija li tmur il-ġenna wara mewtek.
Madankollu l-persuna li kellu jiltaqa’ miegħu qal mal-pulizija li hu kien jafu xi flus u kien laqtu bi żball waqt li kien qed jaħdem.
L-avukat tal-għajnuna legali li qed jidher għall-allegat vittma insista li l-prosekuzzjoni żżid l-akkuża ta’ attentat ta’ qtil mal-akkużi u qal li l-klijent tiegħu kien qed jgħix f’biża’ minn dawn l-irġiel.
Il-Maġistrat Mifsud ra li l-vittma jkun protett b’ordni tal-Qorti hekk kif l-akkużat jinsab meħlus mill-arrest.
€42,000 F’KUMPENS WARA LI KAŻ DAM 19-IL SENA
Dewmien f’każ wassal lill-Qorti biex tordna kumpens ta’ €42,000 wara li l-każ dam 19-il sena quddiem il-Qorti.
Michael u Monaco Debarro kienu fittxu lill-Avukat tal-Istat is-sena l-oħra u argumentaw li minħabba dewmien kienu sofrew danni hekk kif kellhom iħallsu numru ta’ interessi wara li tilfu każ ċivili. Dan wassal biex il-koppja spiċċaw jaffaċjaw piż finanzjarju sostanzjali.
Il-każ kien beda f’Marzu tas-sena 2000 u l-appell ġie deċiż lura fl-2019, dsatax-il sena u tmintax-il ġurnata wara. Il-Qorti rat li ż-żmien ta’ sitt snin sabiex tinġabar l-evidenza ma kienx ġustifikat u li tliet snin ta’ stennija għad-deċiżjoni fi stadju ta’ appell kien żmien twil wisq.

Опубликовано:

 

11 фев 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@clivepsaila9992
@clivepsaila9992 3 года назад
Anzi ma gabulux il Fr cini ha jghammru. Imma bil haqq dak tfal ihobb.
Далее
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
IMĦASSRA L-FESTA ESTERNA TA’ SANTU WISTIN
2:13
Просмотров 4 тыс.
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 159
QBIL DWAR L-ARMIER IŻDA JIXTIEQU IŻJED BILANĊ
2:12
Просмотров 1,7 тыс.
MELLIEĦI JMUT FL-EWWEL INĊIDENT FATALI TAS-SENA
1:30
LESTA T-TRIQ LI DDAWWAR SAN PAWL IL-BAĦAR.
3:01
Просмотров 1,1 тыс.
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50