Тёмный

IMĦABBA LEJN PAJJIŻNA LI SSARRFET F’IMĦABBA FUTURA GĦAL ĦAJJITHA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,3 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Żaru pajjiżna ħafna drabi. Għexrien ta’ drabi f’dawn l-aħħar 40 sena.
L-aħħar żjara tagħhom hawn u l-imħabba waslet għal sorpriza kemm għal din il-koppja li se nlaqqgħukom magħhom, imma aktar u aktar għal binthom.
IMĦABBA LEJN PAJJIŻNA LI SSARRFET F’IMĦABBA FUTURA GĦAL ĦAJJITHA
Hu u martu ħabbew lil Malta sa mill-ewwel ġurnata li rifsu pajjiżna 40 sena ilu.
Jiftakru lil Malta ħafna differenti milli hi llum.
Dawn huma Sandra u Arthur Ruck li l-imħabba tagħhom għall-gżejjer Maltin jixhduha ħarsithom it-tnejn, kull meta jitkellmu mill-qalb dwar pajjiżna.
Irrakuntawlna li xtaqu li jissettiljaw hawn Malta u mhux jibqgħu jiġu biss bħala vaganza.
Minħabba numru ta’ ċirkustanzi, din il-ħolma qatt ma saritilhom realta’.
Madankollu mal-milja tas-snin, għamlu ħbieb ma’ diversi Maltin u għalhekk biex iżżommu saħansitra kuntatt magħhom, kienu jżuru pajjiżna, sena wara sena. Għandhom imħabba ġenwina għalina l-Maltin.
Iżuru pajjiżna ‘il biċċa l-kbira f’Marzu, għalkemm ġieli żaru Malta, fl-eqqel tas-Sajf Malti. Għalihom, Ġunju, Lulju u Awwissu, huma l-ideali biex turist iżurna. Qalulna li jippreferu wkoll il-ġranet sbieħ tal-Milied u dawk tal-ewwel tas-sena.
Qalulna li llum il-ġurnata jafu Malta iktar milli jafu l-Ingilterra.
Jirrakuntawlna esperjenza li jgħoddu b’waħda, l-ewwel darba li rifsu dawn il-gżejjer imma li għall-grazzja t’Alla spiċċat b’wiċċ il-ġid.
ARTHUR RUCK
ŻAR PAJJIŻNA ĦAFNA DRABI
“We got lost on Dingli Cliffs and I’ve got a Ford Anglia. I took it on what I tought was a road and it wasn’t. I got the wheels right on the edge of the cliff and I said to my wife... I said you better to get out from my side, because I think that we’re going to fall over.”
Jirrakkuntawlna kif matul il-medda ta’ żmien Malta inbidlet għall-aħjar. Jistqarru li jiftakru l-karozzi l-antiki tal-linja flimkien ma’ Bieb il-Belt l-antik.
Spjegawlna li din id-darba żaru Malta biex juru s-sbuħija ta’ dan il-ġojjell fil-Meditteran, lil għarus tat-tifla tagħhom, saħansitra dewquh ukoll il-ġmiel tal-gżira tat-tliet għoljiet.
ARTHUR U SANDRA RUCK
PAJJIŻNA GĦAL QALBHOM
“So we come again now, I was showing him around the island that he didn’t see in March because we hired a car. Yesterday we took him to Gozo. I drive everywhere I know Malta better than England.”
Li ma kienux jafu, hu li l-għarus tat-tifla, barra li ġie Malta biex jiskopri is-sbuħija ta’ dan il-pajjiż, ried li juri lit-tfajla tiegħu, li propju f’dan il-pajjiż ried li jipproponilha li jrid jiżżewwiġha fil-pajjiż li hi u l-familja tagħha tant iħobbu.
Dan huwa dak li ġara biswit il-funtana tat-Tritoni.
B’hekk issa l-imħabba tagħhom lejn pajjiżna żgur li se tibqa imnaqqxa f’qalbhom.

Опубликовано:

 

4 авг 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
Riklam mill-aqwa.
2:41
Просмотров 1,1 тыс.
Tliet aħwa li jgħixu fid-Dar tal-Providenza
1:24
Просмотров 1,1 тыс.
Natura Maltija - Il-Gżejjer Maltin
3:03
Просмотров 3,3 тыс.