Тёмный

ESEBIZZJONI UNIKA FIL-KNISJA DUMNIKANA TAL-BIRGU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 768
50% 1

ONE.COM.MT • Din is-sena minn iżur il-Knisja tal-Lunzjata fil-Birgu jista’ jgawdi l-vari li fadal mis-set ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira li kienu joħorġu f’purċissjoni mill-istess knisja f’Jum Ħamis ix-Xirka filgħaxija.
KITBA: FRANCESCO BORG
FILMATI: CHRIST BORG
L-Arċikonfraternità tas-Santissimu Rużarju tal-knisja Dumnikana tal-Birgu qed tesebixxi l-vari li fadal mis-sett ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira li kienu joħorġu f’purċissjoni mill-istess knisja f’jum Ħamis ix-Xirka filgħaxija.
Dawn il-vari, li kienu saru fl-elf seba’ mija u ħamsin, kienu inħarġu purċissjonalment għal aħħar darba fl-elf tmien mija u sittin. Fil-Knisja tad-Dumnikani fil-Birgu ONE News iltaqa’ mal-Pirjol Dumnikan Aaron Zahra li spjega magħna li r-raġuni għaliex dawn il-vari ma baqgħux jinħarġu mhijiex ċara għaliex l-arkivju tal-fratellanza kif ukoll tan-nunzjatura tal-Birgu kienu intraddmu fit-tieni gwerra dinjija. Il-Pirjol Dumnikan spjega li ċertu vari nbiegħu filwaqt li oħrajn kienu intilfu waqt it-tieni gwerra dinjija.
AARON ZAHRA
PIRJOL DUMNIKAN
‘Il-Monument, l-istatwa Ecce Homa u d-Duluri huma neqsin. Jingħad li l-istatwa ta’ Ecce Homo u l-monument kienu intradmu fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-istatwa tad-Duluri Fortunato Debono u ma nafux fejn tinsab. '
Il-Pirjol qal ma dan l-istazzjon li x-xbieha ta’ Lourde hija propjeta tal-istess Arċikonfraternità, filwaqt li l-vara tar-redentur tkun fil-Knisja Dumnikana tal-Birgu matul is-sena kollha.
Intant, il-vara tal-Veronika kienet imbiegħet mill-arċikonfraternità lil Bażilika ta’ San Ġorġ ta’ Għawdex, u ġiet misselfa għal din l-esebizzjoni speċjali. Biex issa, wara mija u sittin sena, il-vari li fadal, inġiebu lura flimkien fil-Knisja tal-Lunzjata fil-Birgu.
AARON ZAHRA
PIRJOL DUMNIKAN
‘Din hija esebizzjoni unika, ta’ darba f’din il-Knisja. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jiġi jżurna biex jiftakar fil-Misteru tas-Salvazzjoni tagħna, li Kristu twieled għalina imma irxoxta mill-imwiet, rebaħ il-mewt għalina biex niksbu ħajja wara l-mewt fis-Saltna ta’ Alla. ’

Опубликовано:

 

15 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Ċlikki Ċlikki
1:40
Просмотров 1,6 тыс.
НИКИТА ПОДСТАВИЛ ДЖОНИ 😡
01:00
Просмотров 164 тыс.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
Просмотров 3,2 тыс.
Qalb ta' Ġesu' Il-Ħamrun, 2016 (Purċissjoni)
4:32
Просмотров 1,8 тыс.
IL-ĦUTA NAZZJONALI LURA FIL-MAGĦLUQ
2:28
Просмотров 2,7 тыс.
Ċeklemfusa (Kanzunetta)
3:37
Просмотров 3,1 тыс.
IL-PN BLA PRE-BUDGET U ANKE BLA APOLOĠIJA
3:45
НИКИТА ПОДСТАВИЛ ДЖОНИ 😡
01:00
Просмотров 164 тыс.