Тёмный

IL-PULIZIJA JSIBUH MGĦANNAQ MAT-TFAL FUQ IX-XENA TAR-REAT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Dalgħodu tressaq raġel mixli b’attentat ta’ qtil fuq martu.
Fil-Qorti ġie rrakkontat il-mument li l-pulizija waslu fuq il-post u sabu lir-raġel mgħannaq ma’ uliedu wara li allegatament ħebb għal martu b’formatur.
KITBA: PEARL AGIUS
FILMAT: ARKIVJI
Raġel ta’ erbgħa u ħamsin sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb mhux ħati wara li tressaq quddiem il-ġustizzja akkużat b’attentat ta’ qtil meta fl-14 ta’ Jannar li għadda allegatament ħebb għall-martu permezz ta’ formatur.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-pulizija rċeviet rapport li f’Ħaż-Żabbar mara ngħatat daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post, il-pulizija sabu xena bid-dmija u tlett irġiel mgħannqin ma’ xulxin u li aktar tard ġew identifikati bħala r-raġel tal-vittma u t-tfal tagħha.
Meta kienu mistoqsija, it-tfal tal-vittma qalu li missierhom ħebb għal ommhom u stqarrew mal-pulizija li missierhom ibati minn skiżofrenija u paranoja.
Fil-fatt ir-raġel ittieħed l-isptar Monte Karmeli biex jiġi invistat u ġie interrogat mill-pulizija nhar is-17 ta’ Jannar meta l-pulizija ġew infurmata li r-raġel seta’ jitlaq mill-isptar.
Dwar dan il-każ, apparti li nfetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia, il-Qorti imponiet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegat vittma.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-avukati tad-difiża Franco Debono u Marion Camilleri għamlu talba biex id-Direttur tal-ħabs jakkomoda għall-bżonnijiet tal-imputat b’mod speċjali dawk relatati ma’ saħħa mentali.
Fil-fatt il-Qorti rrakkomandat li l-imputat jinżamm fis-sezzjoni forensika tal-isptar Monte Karmeli.

Опубликовано:

 

17 янв 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
This Stop Motion is Insane
00:39
Просмотров 6 млн
TALBA BIEX JIĠI INVESTIGAT ALEX BORG
2:15
ĊIPRU F’PANIKU BI TNAQQIS FIT-TURISTI
2:28
US Nuclear War Simulation in REALTIME!!!
10:46
Просмотров 17 тыс.