Тёмный

JIBDEW IL-PROĊEDURI FL-INKJESTA VELLA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,9 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Fil-jum tat-Tlieta dehru fil-Qorti erbatax-il persuna, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u disa’ kumpaniji b’rabta mal-inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet li saret mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Inkjesta, li damet għaddejja erba’ snin u nofs, u ġiet ippreżentata lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-jum li fetħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Kienu għal ħabta tal-11 ta' filgħodu li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat deher dieħel fil-Qorti fejn sellem lin-nies li kienu barra l-Qorti u tawh l-appoġġ.
Aktar qabel bdew deħlin persuni oħra għall-proċeduri ġejjin mill-inkjesta tal-Maġistrat Vella.
Fil-fatt dehru deħlin il-Qorti Konrad Mizzi, Keith Schembri u Adrian Hillman.
Fil-bidu tas-seduta ġew ippreżentati l-akkużi.
Wara sar l-eżami fil-konfront tal-persuni li dehru u r-rappreżentanti tal-kumpaniji.
Fl-eżami tiegħu, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih bil-kliem “assolutament mhux ħati”.
Warajh l-imputati kollha wieġbu wkoll mhux ħatja għall-akkużi rispettivi.
Fis-seduta, li saret f’Awla numru 22 quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, ġiet ittrattata l-ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-imputati.
Hawn l-avukati difensuri, fosthom l-Avukati Franco Debono u Giannella de Marco, talbu lill-Prosekuzzjoni mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex turi eżatt kif waslet għall-ammont ta’ miljuni ta’ ewro li ġew iffrizati.
Id-difiża esiġiet li l-Prosekuzzjoni għandha tiġġustifika dan, bl-evidenza kollha li hi relatata mal-ordni tal-iffriżar.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif l-ammonti tal-ordni ta’ ffriżar ġejjin minn 1,200 paġna tal-inkjesta mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Is-sottomissjonijiet mill-avukati difensuri komplew, bl-avukati ta’ Dr Muscat isostnu li l-Prosekuzzjoni għandha tgħid eżatt fejn joħroġ l-ammont ta’ €30 miljun fil-konfront tal-eks Prim Ministru.
F’din l-inkjesta tela’ jixhed reġistratur tal-Qorti, li, fost oħrajn, qal kif din l-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella ġiet ippreżentata lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-25 ta’ April - proprju fil-jum tal-ftuħ tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet li ġejjin.
Il-Maġistrat Montebello qalet lill-Prosekuzzjoni biex ittella’ aktar xhieda, speċifikament dawk ta’ importanza dwar l-ordni ta’ ffriżar.
L-avukati difensuri tal-akkużati staqsew kemm-il darba fejn jinsabu l-provi, iżda, imbagħad, il-Prosekuzzjoni semmiet minn paġna 1,109 ’il quddiem mir-rapport tal-inkjesta.
Hawnhekk ġie nnotat kif dawn huma l-konklużjonijiet u mhux l-evidenza.
Is-seduta ġiet sospiża, fejn aktar minn siegħa wara, il-Maġistrat Rachel Montebello ma laqgħetx it-talba tad-difiża li l-prosekuzzjoni għandha tiġġustifika l-ammont li għandu jiġi ffriżat tal-persuni li għaddejjin il-proċeduri.
Wieħed mill-avukati difensuri Stefano Filletti rrimarka li esperti tal-inkjesta marru lil hinn minn dak li qalet il-Maġistrat Inkwirenti Gabriella Vella fir-rapport tal-inkjesta fejn hi qalet li jista’ jkun sar ħasil ta’ flus, filwaqt li huma qalu li sar ħasil ta’ flus b’ċertezza.
L-avukati difensuri reġgħu għamlu talba dwar din l-ordni ta’ ffriżar biex il-Prosekuzzjoni tindika eżatt fejn jingħad l-ammont eżatt kemm għandu jiġi ffriżat.
Bil-Qorti ċaħdet din it-talba u b’hekk ikkonfermat l-ordni ta’ ffriżar, b’digriet li tat il-Maġistrat Rachel Montebello.
Imbagħad xehdu wkoll Rennie Stivala u Anthony Scerri, eks uffiċjali tal-Pulizija li kienu inkarigati biex jassistu lill-Maġistrat inkwirenti fl-inkjesta.
Fost l-oħrajn, Scerri semma kif għamel tfittxijiet fid-dar ta’ Joseph Muscat.
Hawnhekk semma f’dawn it-tfittxijiet kien hemm ukoll l-esperti barranin, u ntqal kif Muscat ikkopera magħhom.
Sadanittant il-Prosekuzzjoni talbet ukoll li l-imputati m’għandhomx jikkummentaw waqt li jkunu għaddejin il-proċeduri, waqt li saret talba biex tkun imposta kundizzjoni fuq il-persuni li dehru l-Qorti, li biex isiefru, iridu jitolbu permess lill-Qorti.
Il-persuni li dehru għall-proċeduri tressqu lkoll b’ċitazzjoni u mhux b’arrest u s-seduti marbuta mal-proċeduri mnebbħa mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella mistennija jkomplu mbagħad b’mod normali.

Опубликовано:

 

28 май 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,7 тыс.
Vitals Inquiry Concluded: Joseph Muscat Speaks Out
31:08
It seems Sonya's choice was obvious! 😅 #cat #cats
00:20
🤔
00:28
Просмотров 1,2 млн
IMUT MISSIER JOSEPH MUSCAT
2:04
Просмотров 4,4 тыс.