Тёмный

JINŻAMM ARRESTAT WARA LI DARAB LILL-EKS SIEĦBA TIEGĦU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 452
50% 1

ONE.COM.MT • Naraw issa kif matul il-ġurnata tal-Ħadd, l-ispettur Omar Zammit f’isem il-Pulizija ressqet l-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Noel Bartolo, żewġ persuni fuq każi separati.
KITBA: ANDREW SPITERI
FILMATI: ARKIVJI
Il-Ħadd, il-pulizija resqet quddiem il-Qorti lil Marco Giardina, Taljan ta’ 38 sena li jgħix f’pajjiżna, fejn ġie akkużat li fis-27 ta’ Ġunju fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, ġewwa r-residenza f’Tas-Sliema, ikkaġuna lill-eks sieħba tiegħu biża li se tintuża vjolenza kontriha.
Ġie akkużat ukoll li voluntarjament ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-mara hekk kif wara anke li kellhom diversi argumenti, lejl minnhom daħal fis-sakra, fejn mbagħad allegatament qabadha minn għonqa u rassa mall-ħajt għal xi ħin, fejn anke ġibdilha xaharha, kif ukoll ġibdilha xi oġġetti li kellha f’idejha.
Wara li Giardina permezz tad-Difiża wieġeb mhux ħati u anke talab għall-ħelsien mill-arrest, inħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma u kif ukoll inżamm mill-Qorti l-passaport tal-akkużat biex dan ma jkunx jista’ jaħrab mill-pajjiż sakemm jiġi mressaq wara aktar investigazzjoni skond il-liġi.
ĦABS WARA KSUR TAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-QORTI FOST OĦRAJN
Il-pulizija resqet il-Qorti lil Keith Azzopardi, Bormliż ta’ 31 sena, fejn ġie akkużat li naqas milli jħares kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Dawn il-kundizzjonijiet kien jinkludu dik li jirtira ġewwa d-dar fejn joqgħod bejn id-9pm u s-6am fost oħrajn.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija tal-Għassa ta’ Bormla ġew infurmati li Azzopardi ħoloq kommossjoni u anke ġġieled man-nies waqt li kien taħt l-effett tax-xorb matul il-lejl tas-Sibt, fejn fost l-oħrajn allegatament għamel ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor, waqt li kien fil-pubbliku qal kliem oxxen u indeċenti, kiser il-paċi pubblika u kif ukoll hedded u waddab diversi oġġetti lil persuni oħra.
Għalkemm wieġeb li huwa ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti nnutat kif mhux l-ewwel darba li Azzopardi kiser l-kundizzjonijiet imposti fuqu, fejn anke saħansitra kienet ingħatatlu multa.
Id-difiża spjegat li l-akkużat għandu l-problema tax-xorb u diġà anke tkellem mal-OASI fejn jixtieq jibda’ jirriforma ruħu, anke hekk kif għandu t-tfal u jixtieq ikompli jkun ta’ għajnuna għalihom.
Wara ħin jiddelibera, il-Magistrat Noel Bartolo kkunsidra kollox u ddeċieda li Azopardi jintbgħat tmien xhur ħabs b’mod immedjat.

Опубликовано:

 

2 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
ХОККЕЙНАЯ КЛЮШКА ИЗ БУДУЩЕГО?
00:29
Intervista: Difen qattusa mejta imma “rxuxtat”
5:19
UŻU INNOVATTIV TAL-MIŻBLA FLOK TITKABBAR
2:11
Tkompli l-kontroversja dwar il-festa taż-Żejtun
4:07
IL-VITTMA QALA’ MADWAR 45 DAQQA TA’ SIKKINA
2:49
Просмотров 3,7 тыс.
"Sagħtejn oħra u stajt immut" - Trevor Thomas
3:53
Jitkellem sid il-ħanut li sfratta serqa
5:14
Просмотров 10 тыс.
ХОККЕЙНАЯ КЛЮШКА ИЗ БУДУЩЕГО?
00:29