Тёмный

JINŻAMMU ARRESTATI FUQ AKKUŻI TA’ DROGA U KRIMINALITÀ ORGANIZZATA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,8 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Tliet persuni, fosthom il-proprjetarju f'Paceville magħruf bħala l-Lillu King, tressqu l-Qorti, wara operazzjoni kbira tal-Pulizija fuq traffikar ta' droga u organizzazzjoni kriminali -operazzjoni ta’ diversi xhur. Il-Ġimgħa filgħaxija, tliet persuni tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo mixlija b’diversi akkużi relatati ma’ droga u gruppi kriminali, fost l-oħrajn.
Dan wara li ġew arrestati fl-aħħar sigħat, f’operazzjoni kbira tal-Pulizija li nvolviet sorveljanza fi proprjetajiet diversi madwar il-pajjiż.
L-ewwel li tressaq kien Hamza Gorai, Marokkin ta’ sebgħa u għoxrin sena li jgħix San Ġiljan, li ġie mixli b’akkużi relatati ma’ traffikar u pussess aggravat tad-droga, fost l-oħrajn.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif fl-aħħar xhur, il-Pulizija bdew iwettqu sorveljanza fuq nies Maltin u barranin b’rabta ma’ kriminalità organizzata u flus ġejjin minn sustanzi illegali.
L-Ispettur Mark Anthony Mercieca spjega kif jumejn ilu, il-Pulizija kellha suspetti raġjonevoli f’residenza f’San Ġiljan fejn ġiet innutata attività mal-jum u anki bil-lejl, b’ħafna nies deħlin u ħerġin.
Ir-rejd sar jumejn ilu waranofsinhar fejn l-akkużat instab fil-pussess tad-droga kannabis, kokaina u MDMA.
L-akkużat, li qal li jaħdem f’ristorant, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-gravità tal-akkużi u l-biża’ ta’ intralċ tal-provi.
Warajh tressaq Mohamed M. Ali Al Musrati, Libjan ta’ tmienja u tletin sena li jgħix San Ġiljan. Huwa ġie mixli b’akkużi marbuta ma’ pussess u t-traffikar tad-droga, u li organizza jew iffinanzja għaqda ta’ żewġ persuni jew aktar bil-ħsieb li jagħmlu reati kriminali, fost akkużi oħra.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat ġie arrestat fl-istess operazzjoni b’rabta ma’ kriminalità organizzata u ħasil ta’ flus, u l-akkużat deher jagħmel użu minn mutur u jieħu oġġetti lil diversi persuni.
L-Ispettur spjega kif waqt ir-rejd tal-Pulizija fejn ġie arrestat il-Marokkin, l-akkużat instab fil-bitħa tal-istess residenza jipprova jaħrab billi jaqbeż ġo residenzi oħra.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.
It-tielet li tressaq kien Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, Tuneżin ta’ wieħed u tletin sena li jgħix Buġibba, magħruf bħala l-Lilu King, li huwa l-proprjetarju ta' stabbiliment f’Paceville u huwa attiv sew fuq il-midja soċjali, fejn anke jesponi l-ħajja lussuża li jgħix.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat jidher li jagħmel parti minn grupp ta’ persuni, li huma nvoluti f’operazzjonijiet li jikkonsistu fi traffikar tad-droga u ħasil tal-flus.
Fis-sorveljanza tal-Pulizija, l-akkużat deher diversi drabi f’appartament f’Portomaso u f’residenza oħra f’San Pawl il-Baħar.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat jidher li jgħix ħajja ta’ lussu u jagħmel użu minn ħwejjeġ, ġojjellerija u karozzi lussużi.
Mal-arrest tiegħu minn viċin l-għassa ta’ San Ġiljan, il-Pulizija pproċediet għal tfittxijiet fl-appartament tiegħu f’San Ġiljan u f’San Pawl il-Baħar.
Fil-ħin tal-arrest instabu flus kontanti u ġojjellerija, u fl-appartamenti nstabu numru kbir ta’ ħwejjeġ u oġġetti ta’ valur. Dawn ġew elevati, flimkien ma’ numru ta’ karozzi lussużi.
Id-Difiża argumentat li m’hemmx akkużi ta’ droga fil-konfront tal-imputat minkejja li l-investigazzjonijiet huma fuq droga u ħasil ta’ flus.
Il-Prosekuzzjoni argumentat li l-akkużat jinsab fi ċrieki ta’ persuni affiljati sew mat-traffikar tad-droga u mill-investigazzjonijiet jirriżulta li l-imputat f’Malta ma jħallas l-ebda taxxi.
Fil-fatt, huwa qed jiġi akkużat fuq evażjoni tat-taxxa u b’involviment fi gruppi ta’ kriminalità organizzata.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li El Mushraty ġie arrestat mid-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Sandro Gatt, fil-preżenza ta’ diversi uffiċjali, fosthom anki mill-Ispecial Intervention Unit.
Id-Difiża baqgħet targumenta għal provi aktar b’saħħithom mill-Prosekuzzjoni b’rabta mal-akkużi li l-imputat qed jiġi mixli bihom.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti semgħet l-argumenti taż-żewġ naħat u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Id-Difiża tmexxiet mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb.

Опубликовано:

 

26 май 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@lordnggamermtpoppy3829
@lordnggamermtpoppy3829 Год назад
Barra
Далее
TALBA BIEX JIĠI INVESTIGAT ALEX BORG
2:15
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 2,1 тыс.
ĊIPRU F’PANIKU BI TNAQQIS FIT-TURISTI
2:28