Тёмный

JUŻA LIL GIANNELLA F’ATTAKK FUQ GIGLIO 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4,9 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina uża lil Giannella De Marco, oħt id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco, biex jattakka lil Joe Giglio.
Giglio mistenni joħroġ mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq id-distrett minn fejn Karol Aquilina tela’ b’ċikka u sab ruħu fil-Parlament.
Aquilina qal lil Giannella De Marco li hu ma jitħallasx mill-kriminali, b’botta fina iżda diretta lejn Giglio, iż-żiemel li se joħroġlu għan-nofs.
KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: ARKIVJI
Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qed jiġi interpretat li qed jagħmel manuvri fil-konfront ta’ Joe Giglio, b’dan tal-aħħar huwa ta’ theddida għal Aquilina fl-elezzjoni ġenerali li jmiss hekk kif huwa kandidat Nazzjonalista.
Giglio mistenni jikkontesta fuq id-disa’ u l-għaxar distrett, b’Karol Aquilina wkoll jikkontesta l-għaxar distrett tant li fl-aħħar elezzjoni ġenerali tela’ minn fuq dak id-distrett b’elezzjoni każwali wara li fid-distrett tradizzjonali tiegħu, dak tas-sitt distrett fejn hemm is-Siġġiewi, baqa’ l-art.
Skont il-gazzetta KullĦadd, l-avukat Joe Giglio qiegħed ikun suġġett għal attakk kordinat minn dawk ta’ Karol Aquilina fil-każini bi kliem bħal Giglio ma tistax tafdah.
Il-KullĦadd qal li fuq din il-ħaġa, Karol Aquilina qed isib l-appoġġ ta’ deputati Nazzjonalisti oħra tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fosthom Beppe Fenech Adami.
Karol Aquilina imbagħad fil-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi qed ikollu ħafna battibekki jaħarqu mal-Avukat Giannella De Marco, li l-KullĦadd irrapporta li din spiċċat intużat biex Aquilina fetaħ attakk fuq Giglio.Fil-fatt t’Aquilina qed jattakkaw lil Giglio fuq il-karriera legali tiegħu bħala Avukat imqabbad tal-kriminal u propju hawn Aquilina infexx jgħid ċertu kliem lil oħt id-deputat Nazzjonalista Mario De Marco u li bihom anki attakka lil Giglio.
KAROL AQUILINA
DEPUTAT TAL-PN
“Jien ma nemminx fil-kriminali u jien ma nitħallas mill-kriminali, jien ma nitħallasx mill-kriminali.”
L-għaxar distrett mistenni jkun wieħed jaħraq għall-kandidati Nazzjonalisti hekk kif fl-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista ħa xokk meta fl-hekk imsejħa koalizzjoni ta’ konfużjoni Marlene Farrugia ġiet eletta minn dan id-distrett u tellfet siġġu lill-Partit Nazzjonalista.
Dan id-distrett mistenni jkompli jagħti l-problemi lil Karol Aquilina issa li Joe Giglio qiegħed ikun meqjus bħala wieħed mill-favoriti fost il-kandidati tal-għaxar distrett wara anki Robert Arrigo, li dejjem ġab il-voti f’dan id-distrett.
L-istat ta’ paniku ta’ Karol Aquilina, li wassal għal botti fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, ġibed l-attenzjoni tal-Kamra tal-Avukati fejn din tal-aħħar innutat id-diżappunt tagħha għall-kummenti ta’ Aquilina u kkundannatu.
Il-Kamra tal-Avukati saħqet li huwa dritt fundamentali li persuna tiġi assistita minn avukat tal-għażla tagħha.
Żiedet tgħid li l-irwol tal-avukat huwa proprju dak li jipparteċipa fil-proċess sħiħ biex issir ġustizzja u dan mingħajr mal-avukat għandu jiġi medesimat ma’ dak li allegatament ikun għamel il-klijent tiegħu jew ikkritikat proprju u sempliċiment għaliex qeda dmiru.
“Meta l-attakk ikun ġej minn membru ieħor tal-istess professjoni dan jirrendi l-fatt aktar gravi,” qalet il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija b’reazzjoni għall-attakki ta’ Dr Aquilina, avukat hu nnifsu iżda li sorsi differenti saħqu li dan mhux se jinteressa wisq lil Karol Aquilina, magħruf li mhux xi avukat ċelebri.

Опубликовано:

 

26 июн 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@noelmangion2157
@noelmangion2157 3 года назад
Vazuuuuu jsibom il kwieti
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,9 тыс.
МОЙ НОВЫЙ ДОМ
1:01:04
Просмотров 1,2 млн
CLANCY 🦞 Operation Squid Ink (New Brawler Animation)
00:58
Flo Rida - Whistle НА РУССКОМ 😂🔥
00:29
Просмотров 509 тыс.
TALBA BIEX JIĠI INVESTIGAT ALEX BORG
2:15
МОЙ НОВЫЙ ДОМ
1:01:04
Просмотров 1,2 млн