Тёмный

KOPPJA LI F’ĦAJJITHOM RAW U GĦEXU KOLLOX 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Propju fil-jum li d-dinja qed tiċċelebra l-jum internazzjonali tal-anzjani, dan l-istazzjon iltaqa’ ma’ koppja anzjana miż-Żurrieq, fejn qasmu magħna diversi esperjenzi minn ħajjithom.
Meta għexu l-gwerra, għal meta ltaqgħu ma’ xulxin u meta żżewġu sa mument diffiċli ta’ mard, li kellhom f’ħajjithom.
Din il-koppja rat u għexet kollox.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ALEX BORG
Dawn huma Karmnu Camilleri jew kif magħruf ma’ bosta bħala s-Simmy ta’ wieħed u tmenin sena u martu Ċetta Camilleri ta’ tlieta u tmenin sena.
Koppja anzjana miż-Żurrieq mimliJa għomor u enerġija.
Tul ħajjithom raw u għaddew minn kollox.
Karmnu u Ċetta qattgħu ħajjithom dejjem ma’ xulxin jaraw kif se jgħixu l-ħajja sempliċi tagħhom, bit-tnejn ġejjin minn familja tal-ħaddiem.
F’darhom fiż-Żurrieq, il-koppja anzjana li ilha miżżewġa għal aktar minn sittin sena, irrakkuntaw kif iltaqgħu.
KARMNU U ĊETTA
KOPPJA ANZJANA
“Qalli hemm waħda ara taqbadx naqra magħha, għidtlu ħa ngħidlek jiena niġi però k’ma togħġobnix tgħidx l-għada ma ġejtx għidtlu anzi lesti li tkun tagħmel int ħa niġu lura u f’kelma waħda kif rajtha għidt din hi.”
Bid-dmugħ f’għajnejhom Ċetta u Karmenu qalulna li bħal kull koppja u familja oħra huma għaddew min-niket, meta Ċetta kellha kanċer f’sidirha.
“Kienet naqra ma tiflaħx b’sidirha u kienet kbira għalina jien u hi imma l-mulej sibilna anke professur qatt ma bsartha għalih kemm għenna u ħriġna minnha. Kemm ilek Ċett? Ilni għaxar snin.”
Dlonk il-kliem qeleb fuq il-gwerra.
“Fix-xelter nidħlu fil-kamra kellna fanal konna nixgħeluh għax fix-xelter ma kienx hemm dawl u ma kien hawn imkien dawl u nagħmlu xi naqra te u kulħadd ipaċpaċ u jgħid u ngħidu r-rużarju u ħafna minn dawn l-affarijiet.”
Ma jonqosx li ż-żewġ Żrieraq jkunu devoti ferm lejn il-Madonna tal-Karmnu, b’Karmnu jgħidilna kif kien jerfa’ l-istatwa tant għażiża għalih.
“Erfajt darbtejn fiha jien imma imbagħad warrab għax naf li jkun hemm ħaddieħor biex jerfa’ qed tifhem imbagħad qbadt l-istandard u għamilt tmien snin noħroġu ma hemmx kwalunkwe festa li ssir noħorġu dejjem jiem imbgħad ċedejt u qabdu ħaddieħor għax jiena missieri għallimni waħda jekk ma tkunx tiflaħ tkisser karawetta tkissirx lewża.”
Ċettina u Karmnu għandhom żewġt itfal, ħames neputijiet u huma bużnanniet ta’ wieħed, li jġibu biss ferħ magħhom kull meta jżuruhom id-dar.
B’nostalġija kbira waqt li konna f’darhom, il-koppja anzjana bdew juruna ritratti ta’ żmien ilu, fosthom ta’ meta iżżewġu u anke tal-ġenituri tagħhom.
Intant, Ċettina qaltilna li hija għandha xewqa waħda.
“Ix-xewqa tiegħi hija li nixtieq li mmut qablu jien u mhux hu qabli ħalli almenu ma nkunx naf xejn x’sar u ma sarx lanqas lil ommi ma rajt mejta u lil ħija miet ta’ ħames snin.”
Ħallejna lil Ċettina u Karmnu jkomplu jgawdu l-ħin prezzjuż ma’ xulxin. Jiftakru u jirrakuntaw lil xulxin il-memorji ta’ meta kienu għadhom ħalib ommhom fi snienhom, żmien li skonthom mhuma se jinsewh qatt.

Опубликовано:

 

30 сен 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@mariaaquilina1146
@mariaaquilina1146 3 года назад
God bless you and your family.
Далее
Adrian Delia jindirizza l-media barra l-Qorti
8:53
Просмотров 8 тыс.
ATTAKK FUQ QRABA TA’ MINISTRI BLA BAŻI
2:33
Id-diskussjoni dwar ix-xitan, il-ġenna u l-infern
8:44
KONTRA ŻONA GĦALL-MUDELLI TAL-AJRUPLANI
1:52
Lil Miriam Dalli qalulha li ommha Helena Dalli
4:19
Просмотров 13 тыс.