Тёмный
No video :(

FIL-15 T’AWWISSU JIFTAĦ L-ISTAĠUN TAL-LAMPUKI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 289
50% 1

ONE.COM.MT • Bi tradizzjoni ta’ kull sena, f’Jum Santa Marija se jkun qed jiftaħ għal sena oħra l-istaġun tal-lampuki f’pajjiżna. Din is-sena, bid-differenza, li mas-sitt mitt sajjied dilettant f’pajjiżna se jkunu jistgħu jieħdu sehem bi kwota għaxar darbiet akbar għalihom wara konsultazzjoni li saret mal-Unjoni Ewropea.
KITBA: SHANAYA FARRUGIA
FILMAT: DORIAN BORG
Għall-ewwel darba f’pajjiżna, sitt mitt sajjied rikreazzjonali se jkunu jistgħu jaqbdu sa massimu ta’ għaxar kilogrammi ta’ lampuki kull wieħed kuljum. Dan seħħ wara konsultazzjoni diretta mal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd fil-Mediterran tal-Unjoni Ewropea dwar regoli ġodda b’rabta mal-qbid tal-lampuki.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħataw id-dettalji f’dan ir-rigward hekk kif l-istaġun tal-lampuki se jkun qed jerġa’ jiftaħ nhar Santa Marija, fil-15 ta’ Awwissu, kif inhi t-tradizzjoni.
Id-Direttur għas-Sajd, Gilbert Balzan, spjega li l-ewwel pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea sa Ġunju tas-sena l-oħra kienet li sajjied dilettant jista’ jaqbad biss sa lampuka waħda kuljum. Dan il-limitu issa tela’ għal 10 kilogrammi wara negozjati imbottati primarjament minn Malta u l-Italja.
Sadanittant, il-lampuki li jinqabdu minn sajjieda simili jridu jkunu itwal minn 35 ċentimetru, bil-qabdiet inċidentali permessi jridu jkunu sa 5% tal-qabda totali.
Is-sitt mitt sajjied jistgħu jistadu bir-rixa jew bil-qasba sa tmin mili ’l barra mill-kosta, waqt li sajjieda kummerċjali jistgħu jistadu anke lil hinn.
Ma’ ONE News, Balzan spjega li, fir-rigward ta’ sajd rikreazzjonali għal-lampuki, l-applikazzjonijet huma miftuħin u għandhom sal-ħamsa ta’ Awwissu. Dan jista’ jsir permezz ta’ mobile app jew onlajn.
GILBERT BALZAN
DIRETTUR GĦAS-SAJD
“Dawk kummerċjali għandhom ir-rimmijiet u jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom. Għandhom is-sistemi kollha tagħhom u issa b’din li daħħalna llum, is-sajjieda rikreazzjonali diġà għandhom mal-għaqdiet il-kannizzati tagħhom, kif ukoll jistgħu jmorru jistadu in open waters kif kienu qabel, imma biss għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjoni.”
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Sajd, Alicia Bugeja Said, stqarret li s-sajd tal-lampuki għandu storja twila f’pajjiżna u trid tibqa’ tiġi assigurata s-sostennibilità f’dan is-settur.
ALICIA BUGEJA SAID
SEGRETARJU PARLAMENTARI
“Jekk ikollok żewġ sajjieda dilettanti dawn ikunu jistgħu jaqbdu għoxrin kilo jew inkella sa massimu ta’ ħames ħutiet. Dan il-qbid hu l-average li d-dejta tagħna turi li kien jaqbad kull sajjied u għaldaqstant nistgħu ngħidu li qegħdin nagħtu serħan il-moħħ li s-sajjieda dilettanti jistgħu jkomplu jistadu dan l-istaġun fil-jiem li ġejjin, kif kienu jagħmlu fis-snin ta’ qabel.”

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
ĠBIR TAL-PROVI FIL-KAŻ TA’ TRAFFIKAR UMAN
3:05
Просмотров 2,4 тыс.
Anton Refalo jgħid li hu "l-ħaruf tas-sagrifiċċju"
13:46
Самое неинтересное видео
00:32
Просмотров 401 тыс.
Cristiano Ronaldo Surpassed Me! #shorts
00:17
Просмотров 13 млн
Tixtieq tiżżewweġ ħabsi u mhux iħalluha
12:06
Просмотров 26 тыс.
L-Istorja tal-Football Malti - Valletta FC
32:19
Просмотров 6 тыс.
Ftit ġranet qabel l-għawma ta' Michelle Muscat
9:12
MAHI MAHI SPINNING-LAMPUGE NA SPIN
10:01
Просмотров 26 тыс.
Smart Meter Disaster!!
16:33
Просмотров 344 тыс.
Duminku Mintoff vs Eddie 1981
5:02
Просмотров 21 тыс.